Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta' riċerka u żvilupp maħsub biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni anzjani permezz ta' l-użu ta' Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ġodda (ICT), imnedija minn diversi Stati Membri [COM(2007)0329 - C6-0178/2007 - 2007/0116(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Neena Gill (A6-0027/2008)
Tkellem László Kovács (Membru tal-Kummissjoni).
Neena Gill ippreżentat ir-rapport.
Tkellmu: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Lambert van Nistelrooij f'isem il-Grupp PPE-DE, Silvia-Adriana Ţicău f'isem il-Grupp PSE, Jorgo Chatzimarkakis f'isem il-Grupp ALDE, Guntars Krasts f'isem il-Grupp UEN, Kathy Sinnott f'isem il-Grupp IND/DEM, Desislav Chukolov Membru mhux affiljat, Ivo Belet, Justas Vincas Paleckis, Danutė Budreikaitė, Sylwester Chruszcz, Ljudmila Novak u Roberta Alma Anastase.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Zita Pleštinská, Zuzana Roithová, Czesław Adam Siekierski u Monica Maria Iacob-Ridzi.