Id-Dikjarazzjoni 0098/2007 ippreżentata mill-Membri Raül Romeva i Rueda, Eija-Riitta Korhola, Jules Maaten, Glyn Ford u Ana Maria Gomes dwar il-qtil tal-militanti tad-drittijiet tal-bniedem Munir Saïd Thalib ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skond l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 10.04.2008.