5. Is-subtitoli tal-programmi kollha proposti mit-televixin pubbliku fl-Unjoni Ewropea (dikjarazzjoni bil-miktub)
Id-Dikjarazzjoni 0099/2007 magħmula mill-Membru Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, dwar is-subtitoli tal-programmi kollha proposti mit-televixin pubbliku fl-Unjoni Ewropea, kellha l-firem tal-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament u għalhekk, b'konformità ma' l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tintbagħat lid-destinatarji tagħha u lill-pubbliku, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' l-10.04.2008.