Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 9 ta' April 2008 - Brussell

8. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1) mistoqsijiet orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-0022/2008) mressqa minn Miroslav Ouzký, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: L-istrateġija tal-Kunsill għad-disa' laqgħa ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 9) u r-raba' laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza (COP-MOP 4) (B6-0016/2008),

- (O-0023/2008) mressqa minn Miroslav Ouzký, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-istrateġija tal-Kummissjoni għad-disa' laqgħa ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 9) u għar-raba' laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza (COP-MOP 4) (B6-0017/2008),

- (O-0024/2008) mressqa minn Gerardo Galeote u Luis de Grandes Pascual f'isem il-Grupp PPE-DE, lill-Kummissjoni: In-nawfraġju tal-vapur tal-merkanzija New Flame u l-konsegwenzi tiegħu fil-Bajja ta' Algéciras (B6-0018/2008).

2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) :

- Magor Imre Csibi, Fiona Hall, Dan Jørgensen, Péter Olajos u Cristian Silviu Buşoi dwar il-ġlieda kontra l-injam maqtugħ illegalment fis-suq ta’ l-UE (0023/2008),

- Kathy Sinnott, Bastiaan Belder, Elly de Groen-Kouwenhoven, Marie Panayotopoulos-Cassiotou u Richard Howitt dwar id-diskriminazzjoni u l-istituzzjonalizzazzjoni ta’ tfal b’diżabilità fl-Unjoni Ewropea (0024/2008),

- Luciana Sbarbati, Daniel Dăianu, Gianni Pittella, Anne Laperrouze u Manolis Mavrommatis dwar il-valur tal-kotba fil-kultura Ewropea u dwar il-ħtieġa li l-prezzijiet jinżammu baxxi (0025/2008),

- Koenraad Dillen, Frank Vanhecke u Philip Claeys dwar l-istqarrijijiet tad-Dalai Lama fir-rigward tal-"ksur inimmaġinabbli u enormi tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq miċ-Ċina fit-Tibet" (0026/2008),

- Mario Borghezio dwar ir-repressjoni inaċċettabbli tal-poplu Tibetan min-naħa taċ-Ċina (0027/2008),

- Patrick Gaubert dwar ir-rispett tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (0028/2008),

- Mario Mauro, Iles Braghetto u Cristina Gutiérrez-Cortines dwar l-edukazzjoni universitarja u r-riċerka fl-ispazju akkademiku Ewropew (0029/2008),

- Marian Harkin, Gisela Kallenbach, Emmanouil Angelakas, Mieczysław Edmund Janowski u Joel Hasse Ferreira dwar it-tħabbir tas-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat (0030/2008),

- Slavi Binev, Dimitar Stoyanov u Desislav Chukolov dwar il-ġenoċidju Armen imwettaq mit-Torok fil-perjodu 1915-1917 (0031/2008),

- Slavi Binev, Dimitar Stoyanov u Desislav Chukolov dwar il-ħarsien tal-prinċipju tal-kunsens mgħarraf fir-rigward tad-donazzjoni ta' organi, tessuti u ċelloli (0032/2008).

Avviż legali - Politika tal-privatezza