Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 22 ta' April 2008 - Strasburgu

14. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0019/2008).

L-ewwel parti

Mistoqsija 45 (Manolis Mavrommatis): Skambju ta' informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji.

Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija.

PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS
Viċi-President

Günter Verheugen wieġeb ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manolis Mavrommatis, Reinhard Rack u Jörg Leichtfried.

Mistoqsija 46 (Saïd El Khadraoui): Emissjonijiet ta' trab fin mill-muturi tas-sewqan.

Günter Verheugen wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Saïd El Khadraoui.

Mistoqsija 47 (Johan Van Hecke): 2.2 biljun tifel u tifla f'sitwazzjonijiet diffiċli.

Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Johan Van Hecke, Christopher Heaton-Harris u Andreas Mölzer.

It-tieni parti

Mistoqsija 48 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Riformi tas-sistema ta' l-assikurazzjoni soċjali tal-Greċja.

Vladimír Špidla wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou.

Mistoqsija 49 (Eoin Ryan): Il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad għal żmien twil fl-Ewropa.

Vladimír Špidla wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Eoin Ryan, Reinhard Rack u Marie Panayotopoulos-Cassiotou.

Mistoqsija 50 (Robert Evans): Leġiżlazzjoni Komunitarja kontra d-diskriminazzjonijiet.

Vladimír Špidla wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Robert Evans, Jim Allister u Philip Bushill-Matthews.

Tkellem Mario Mantovani

Il-mistoqsijiet minn 51 sa 61 se jingħataw tweġiba bil-miktub.

Il-mistoqsijiet 62 u 63 ma ssejħux, minħabba li s-suġġett tagħhom kien diġà inkluż fl-aġenda ta' din is-sessjoni parzjali.

Mistoqsija 64 (Manuel Medina Ortega): Ftehima dwar is-sajd mal-Marokk

Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega u Rosa Miguélez Ramos.

Mistoqsija 65 (Sharon Bowles): Sajjieda żgħar

Joe Borg wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Sharon Bowles.

Mistoqsija 66 (Seán Ó Neachtain): Programm għaż-żarmar ta' terz tas-settur tas-sajd għall-ħut abjad tal-fond ('Whitefish') fl-Irlanda.

Joe Borg wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Seán Ó Neachtain.

Il-mistoqsija 67 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.

Mistoqsija 68 (Ioannis Gklavakis): Ksur gravi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-2005.

Joe Borg wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Ioannis Gklavakis.

Il-mistoqsija 69 se tingħata tweġiba bil-miktub.

Mistoqsija 70 (Giovanna Corda): Il-firxa tad-deni katarrali ('bluetongue desease') fin-naħa ta' fuq ta' l-Ewropa.

Androula Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Giovanna Corda u James Nicholson.

Mistoqsija 71 (Marian Harkin): Importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga Brażiljan.
Mistoqsija 72 (Brian Crowley): Il-laħam taċ-ċanga Brażiljan

Androula Vassiliou wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marian Harkin, Brian Crowley, Mairead McGuinness u Elspeth Attwooll.

Mistoqsija 73 (Avril Doyle): Proposta dwar il-kura tas-saħħa

Androula Vassiliou wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Avril Doyle u Mairead McGuinness.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza