Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 23 ta' April 2008 - Strasburgu

IPPRESEDIET Diana WALLIS
Viċi-President

12. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0019/2008).

Mistoqsija 1 (Manuel Medina Ortega): Tkabbir taż-Żona Schengen.

Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Hubert Pirker u Avril Doyle.

Mistoqsija 2 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Żamma ta' popolazzjoni attiva fir-reġjuni muntanjużi, fiż-żoni b'aċċess diffiċli u fil-gżejjer.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou u Jörg Leichtfried.

Mistoqsija 3 (Hélène Goudin): It-Trattat ta' Liżbona.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Christopher Heaton-Harris, Nils Lundgren u Jens Holm.

Mistoqsija 4 (Marian Harkin): It-Trattat ta' Liżbona.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marian Harkin, Syed Kamall u Jim Allister.

Mistoqsija 5 (Avril Doyle): Id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina.

Mistoqsija 6 (Robert Evans): Id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Avril Doyle, Robert Evans, Justas Vincas Paleckis, Gay Mitchell, Paul Rübig u Syed Kamall.

Mistoqsija 7 (Koenraad Dillen): It-Tibet

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Koenraad Dillen.

Mistoqsija 8 (Colm Burke): Id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċad.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Colm Burke.

Mistoqsija 9 (Liam Aylward): Missjoni ta' żamma tal-paċi fiċ-Ċad.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Liam Aylward.

Il-mistoqsijiet li ma twieġbux minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza