Indiċi 
Minuti
PDF 202kWORD 113k
L-Erbgħa, 23 ta' April 2008 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-Seduta
 2.Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew (dibattitu)
 3.Negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qasam ta' l-eżenzjoni tal-viża (dibattitu)
 4.Ħin tal-votazzjonijiet
  
4.1.Protokoll għall-Ftehima ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
4.2.Applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja (consortia) (Verżjoni kkodifikata) * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
4.3.Mediazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali ***II (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
4.4.Programm Ewropew għar-radjunavigazzjoni permezz ta' satellita (EGNOS u Galileo) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
4.5.Estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/109/KE għall-benefiċċjarji ta' protezzjoni internazzjonali * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
4.6.Green Paper dwar l-irwol tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi fl-Unjoni Ewropea (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
4.7.Emenda tal-qafas multiannwali finanzjarju (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
4.8.L-implimentazzjoni tal-programmazzjoni ta' l-għaxar Fond ta' Żvilupp Ewropew (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
4.9.Rapport ta' progress dwar l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (votazzjoni)
  
4.10.Il-politika Ċiniża u l-effetti tagħha fuq l-Afrika (votazzjoni)
 5.Seduta formali - Slovenja
 6.Spjegazzjonijiet tal-vot
 7.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 8.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 9.Is-sitwazzjoni fil-Burma (dibattitu)
 10.Immigrazzjoni illegali, azzjoni esterna ta' l-Unjoni Ewropea u Frontex (dibattitu)
 11.Strateġiji Ewropej dwar id-diversità bijoloġika (COP 9) u l-prevenzjoni ta' riskji bijotekniċi (COP-MOP 4) (dibattitu)
 12.Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)
 13.Lejn riforma ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (dibattitu)
 14.Ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Golf (dibattitu)
 15.Sistema ta' tolleranza żero għall-GMOs mhux awtorizzati u l-effetti ekonomiċi ta' dan (dibattitu)
 16.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 17.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA


PRESIDENT: Hans-Gert PÖTTERING
President

1. Ftuħ tas-Seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.00.


2. Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew

Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, Josu Ortuondo Larrea f'isem il-Grupp ALDE, Inese Vaidere f'isem il-Grupp UEN, Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Willy Meyer Pleite f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jens-Peter Bonde f'isem il-Grupp IND/DEM, Irena Belohorská Membru mhux affiljata, Peter Liese, Luis Yañez-Barnuevo García, Renate Weber, Liam Aylward, Luca Romagnoli, Alojz Peterle, Manuel António dos Santos, Francisco José Millán Mon u Małgorzata Handzlik.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Reinhard Rack, Manuel Medina Ortega, Ewa Tomaszewska, Emanuel Jardim Fernandes u Gabriela Creţu.

PRESIDENT: Mario MAURO
Viċi-President

Tkellmu: Janez Lenarčič u Jacques Barrot.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, João de Deus Pinheiro, Peter Šťastný, Fernando Fernández Martín, Francisco José Millán Mon u José Ribeiro e Castro f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar il-Ħames Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew f'Lima (B6-0147/2008);

- Martin Schulz, Pasqualina Napoletano, Marie-Arlette Carlotti, Gabriela Creţu, Manuel António dos Santos, Edite Estrela, Claudio Fava, Erika Mann, Raimon Obiols i Germà, Sérgio Sousa Pinto u Luis Yañez-Barnuevo García f'isem il-Grupp PSE, dwar il-Ħames Laqgħa Għolja UE-ALK ta’ Lima (B6-0148/2008);

- Monica Frassoni, Raül Romeva i Rueda u Alain Lipietz f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Ħames Samit UE-ALK f’Lima (B6-0149/2008);

- Janelly Fourtou, Josu Ortuondo Larrea, Gianluca Susta, Wolf Klinz u Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-V Samit UE-ALK f'Lima (B6-0150/2008);

- Cristiana Muscardini, Eugenijus Maldeikis, Adam Bielan, Ryszard Czarnecki u Inese Vaidere f'isem il-Grupp UEN, dwar il-Ħames Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew ta’ Lima (B6-0172/2008)

- Willy Meyer Pleite, Helmuth Markov, Giusto Catania, Jens Holm, Ilda Figueiredo u Pedro Guerreiro f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Ħames Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew ta’ Lima (B6-0173/2008).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.4 tal- Minuti ta' 24.04.2008 .


3. Negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qasam ta' l-eżenzjoni tal-viża (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qasam ta' l-eżenzjoni tal-viża

Dragutin Mate (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Urszula Gacek f'isem il-Grupp PPE-DE, Claudio Fava f'isem il-Grupp PSE, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp UEN, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jana Bobošíková Membru mhux affiljata, Carlos Coelho, Martine Roure, Gérard Deprez, Guntars Krasts, Vladimír Remek, Philip Claeys, Simon Busuttil, Stavros Lambrinidis, Stavros Lambrinidis, Stavros Lambrinidis, Jeanine Hennis-Plasschaert, Marek Aleksander Czarnecki, Ioannis Varvitsiotis, Csaba Sándor Tabajdi, Adina-Ioana Vălean, Józef Pinior u Libor Rouček

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Jan Zahradil, Genowefa Grabowska, Sarah Ludford, Monica Maria Iacob-Ridzi, Ioan Mircea Paşcu, Marian-Jean Marinescu, Ewa Tomaszewska, Monika Beňová u Titus Corlăţean.

Tkellmu: Dragutin Mate u Jacques Barrot

Peress li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni kienu għadhom mhux disponibbli, se jitħabbru fil-plenarja iktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: période de session de mai II .


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 11.25
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 11.30)

PRESIDENT: Luigi COCILOVO
Viċi-President

4. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet, fl-anness għall-minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


4.1. Protokoll għall-Ftehima ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iffirmar ta' Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. [16731/2007 - C6-0093/2008 - 2007/0218(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0078/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0164)

B'hekk il-Parlament ta l-kunsens tiegħu.


4.2. Applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja (consortia) (Verżjoni kkodifikata) * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja (consortia) (Verżjoni kkodifikata) [COM(2007)0753 - C6-0475/2007 - 2007/0265(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A6-0089/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0165)


4.3. Mediazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali ***II (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali [15003/5/2007 - C6-0132/2008 - 2004/0251(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Arlene McCarthy (A6-0150/2008)

(Maġġoranza kwalifikata)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

Arlene McCarthy (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skond l-Artikolu 131(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

Dikjarata approvata (P6_TA(2008)0166)

Tkellem Reinhard Rack dwar kwistjoni teknika.


4.4. Programm Ewropew għar-radjunavigazzjoni permezz ta' satellita (EGNOS u Galileo) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) [COM(2007)0535 - C6-0345/2007 - 2004/0156(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Etelka Barsi-Pataky (A6-0144/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDA, u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0167)


4.5. Estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/109/KE għall-benefiċċjarji ta' protezzjoni internazzjonali * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/109/KE biex testendi l-ambitu ta' l-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali [COM(2007)0298 - C6-0196/2007 - 2007/0112(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Martine Roure (A6-0148/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0168)


4.6. Green Paper dwar l-irwol tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi fl-Unjoni Ewropea (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-Green Paper dwar l-irwol tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi fl-Unjoni Ewropea [2007/2212(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Giusto Catania (A6-0073/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0169)


4.7. Emenda tal-qafas multiannwali finanzjarju (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward ta' l-aġġustament tal-qafas multiannwali finanzjarju [COM(2008)0152 – C6 0148/2008 – A6-0157/2008(ACI)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A6-0157/2008)

(maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0170)


4.8. L-implimentazzjoni tal-programmazzjoni ta' l-għaxar Fond ta' Żvilupp Ewropew (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programmazzjoni ta' l-għaxar Fond ta' Żvilupp Ewropew [2007/2138(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Marie-Arlette Carlotti (A6-0042/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0171)


4.9. Rapport ta' progress dwar l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rapport ta' Progress 2007 dwar l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2007/2268(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Erik Meijer (A6-0059/2008)

Id-dibattitu sar fid-data 09.04.2008 (punt 19 tal- Minuti ta' 09.04.2008).

Il-votazzjoni dwar ir-rapport saret fl-10.04.2008 (punt 9.13 tal- Minuti ta' 10.04.2008) skond l-Artikolu 170(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0172)

Tkellmu:

- Erik Meijer (rapporteur) dwar emenda orali ta' Vytautas Landsbergis.

- Vytautas Landsbergis ressaq emenda orali dwar l-isem ta' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-test kollu tal-mozzojoni għal riżoluzzjoni.

Aktar minn 40 membru oġġezzjonaw din l-emenda orali u għalhekk din ma ġietx aċċettata.


4.10. Il-politika Ċiniża u l-effetti tagħha fuq l-Afrika (votazzjoni)

Rapport Il-politika Ċiniża u l-effetti tagħha fuq l-Afrika [2007/2255(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Ana Maria Gomes (A6-0080/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0173)

Tkellmu:

Ana Maria Gomes (rapporteur) ipproponiet emenda orali għall-paragrafu 5, li ġiet aċċettata.


PRESIDENT: Hans-Gert PÖTTERING
President

5. Seduta formali - Slovenja

Min-12.00 san-12.30 saret seduta formali tal-Parlament fl-okkażjoni taż-żjara ta' Danilo Türk, President tar-Repubblika tas-Slovenja.

PRESIDENT: Luigi COCILOVO
Viċi-President


6. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, skond l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:

Rapport Etelka Barsi-Pataky - A6-0144/2008: Zuzana Roithová, Christopher Heaton-Harris, Syed Kamall, Roger Helmer u Daniel Hannan.

Rapport Erik Meijer - A6-0059/2008: Árpád Duka-Zólyomi, Gyula Hegyi u Bernd Posselt.

Rapport Ana Maria Gomes - A6-0080/2008: Zuzana Roithová, Czesław Adam Siekierski u Syed Kamall.


7. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.50
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00 )

PRESIDENT: Alejo VIDAL-QUADRAS
Viċi-President

8. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.

°
° ° °

Bernadette Bourzai, Françoise Castex u Richard Corbett avżaw li huma kienu preżenti għas-seduta tal-21.04.2008 iżda isimhom ma kienx imniżżel fir-reġistru ta' l-attendenza.


9. Is-sitwazzjoni fil-Burma (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fil-Burma

Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Geoffrey Van Orden f'isem il-Grupp PPE-DE, Józef Pinior f'isem il-Grupp PSE, Marco Cappato f'isem il-Grupp ALDE, Brian Crowley f'isem il-Grupp UEN, Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, Luca Romagnoli Membru mhux affiljat, Hartmut Nassauer, Richard Howitt, Pierre Schapira, Katrin Saks u Ana Maria Gomes.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Marios Matsakis, Colm Burke u Jim Allister.

Tkellmu: Janez Lenarčič u Jacques Barrot.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Luisa Morgantini f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fil-Burma (B6-0186/2008);

- Dariusz Maciej Grabowski, Adam Bielan, Hanna Foltyn-Kubicka u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, dwar is-sitwazzjoni fil-Burma (B6-0191/2008);

- Jules Maaten, Elizabeth Lynne, Marielle De Sarnez, Marios Matsakis u Marco Cappato f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Burma (B6-0192/2008);

-Geoffrey Van Orden f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar is-sitwazzjoni fil-Burma (B6-0199/2008);

- Frithjof Schmidt, Raül Romeva i Rueda u Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fil-Burma (B6-0203/2008);

- Pasqualina Napoletano, Glenys Kinnock, Thijs Berman, Alain Hutchinson, Ana Maria Gomes u Emilio Menéndez del Valle f'isem il-Grupp PSE, dwar is-sitwazzjoni fil-Burma (B6-0204/2008).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.5 tal- Minuti ta' 24.04.2008 .


10. Immigrazzjoni illegali, azzjoni esterna ta' l-Unjoni Ewropea u Frontex (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Immigrazzjoni illegali, azzjoni esterna ta' l-Unjoni Ewropea u Frontex

Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellem Simon Busuttil f'isem il-Grupp PPE-DE.

IPPRESEDIET Mechtild ROTHE
Viċi-President

Tkellmu: Claudio Fava f'isem il-Grupp PSE, Jeanine Hennis-Plasschaert f'isem il-Grupp ALDE, Mario Borghezio f'isem il-Grupp UEN, Cem Özdemir f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tobias Pflüger f'isem il-Grupp GUE/NGL, Georgios Georgiou f'isem il-Grupp IND/DEM, Koenraad Dillen Membru mhux affiljat, Patrick Gaubert, Javier Moreno Sánchez, Sarah Ludford, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Genowefa Grabowska, Carlos Coelho, Katrin Saks u Panayiotis Demetriou.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Ioannis Varvitsiotis, Marios Matsakis, Marie Anne Isler Béguin u Hubert Pirker.

Tkellmu: Janez Lenarčič u Jacques Barrot.

Id-dibattitu ngħalaq.


11. Strateġiji Ewropej dwar id-diversità bijoloġika (COP 9) u l-prevenzjoni ta' riskji bijotekniċi (COP-MOP 4) (dibattitu)

Mistoqsija orali (O-0022/2008) mressqa minnMiroslav Ouzký, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: L-istrateġija tal-Kunsill għad-disa' laqgħa ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 9) u r-raba' laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza (COP-MOP 4) (B6-0016/2008)

Mistoqsija orali (O-0023/2008) mressqa minnMiroslav Ouzký, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-istrateġija tal-Kummissjoni għad-disa' laqgħa ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 9) u għar-raba' laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza (COP-MOP 4) (B6-0017/2008)

Miroslav Ouzký, wara li indika d-diffikultajiet li ltaqa' magħhom illum sabiex jidħol fil-bini tal-Parlament, għamel il-mistoqsijiet orali.

Janez Podobnik (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija (B6-0016/2008).

PRESIDENT: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi-President

Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija (B6-0017/2008).

Tkellmu: Pilar del Castillo Vera f'isem il-Grupp PPE-DE, María Sornosa Martínez f'isem il-Grupp PSE, Johannes Lebech f'isem il-Grupp ALDE, Zdzisław Zbigniew Podkański f'isem il-Grupp UEN, Marie Anne Isler Béguin f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jens Holm f'isem il-Grupp GUE/NGL, Johannes Blokland f'isem il-Grupp IND/DEM, Avril Doyle, Anne Ferreira, Marios Matsakis, Hiltrud Breyer, Péter Olajos, Magor Imre Csibi, Richard Seeber u Anders Wijkman.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski, Paul Rübig u Hubert Pirker.

Tkellmu: Janez Podobnik u Margot Wallström.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata, skond l-Artikolu 108 (5), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-aħħar tad-dibattitu.

- Miroslav Ouzký f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar tħejjijiet għal-laqgħat tas-COP-MOP fuq id-diversità bijoloġika u l-bijosikurezza f'Bonn, il-Ġermanja (B6-0143/2008).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.6 tal- Minuti ta' 24.04.2008 .


IPPRESEDIET Diana WALLIS
Viċi-President

12. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0019/2008).

Mistoqsija 1 (Manuel Medina Ortega): Tkabbir taż-Żona Schengen.

Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Hubert Pirker u Avril Doyle.

Mistoqsija 2 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Żamma ta' popolazzjoni attiva fir-reġjuni muntanjużi, fiż-żoni b'aċċess diffiċli u fil-gżejjer.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou u Jörg Leichtfried.

Mistoqsija 3 (Hélène Goudin): It-Trattat ta' Liżbona.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Christopher Heaton-Harris, Nils Lundgren u Jens Holm.

Mistoqsija 4 (Marian Harkin): It-Trattat ta' Liżbona.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marian Harkin, Syed Kamall u Jim Allister.

Mistoqsija 5 (Avril Doyle): Id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina.

Mistoqsija 6 (Robert Evans): Id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Avril Doyle, Robert Evans, Justas Vincas Paleckis, Gay Mitchell, Paul Rübig u Syed Kamall.

Mistoqsija 7 (Koenraad Dillen): It-Tibet

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Koenraad Dillen.

Mistoqsija 8 (Colm Burke): Id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċad.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Colm Burke.

Mistoqsija 9 (Liam Aylward): Missjoni ta' żamma tal-paċi fiċ-Ċad.

Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Liam Aylward.

Il-mistoqsijiet li ma twieġbux minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.10
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )

IPPRESEDIET Martine ROURE
Viċi-President

13. Lejn riforma ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (dibattitu)

Rapport lejn riforma ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ [2007/2184(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Cristiana Muscardini (A6-0104/2008)

Cristiana Muscardini ippreżentat ir-rapport.

Tkellem Androula Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Johan Van Hecke (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Gunnar Hökmark (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Georgios Papastamkos f'isem il-Grupp PPE-DE, Harlem Désir f'isem il-Grupp PSE, Mariela Velichkova Baeva f'isem il-Grupp ALDE, Seán Ó Neachtain f'isem il-Grupp UEN, Caroline Lucas f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Derek Roland Clark f'isem il-Grupp IND/DEM, Irena Belohorská Membru mhux affiljata, Tokia Saïfi, Kader Arif, Daniel Dăianu, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Kartika Tamara Liotard, Patrick Louis u Jim Allister.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Zbigniew Zaleski, David Martin, Czesław Adam Siekierski u Avril Doyle.

Tkellmu: Androula Vassiliou u Cristiana Muscardini.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.8 tal- Minuti ta' 24.04.2008 .


14. Ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Golf (dibattitu)

Mistoqsija orali (O-0032/2008) mressqa minnHelmuth Markov, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Żviluppi Reċenti fin-negozjati dwar il-Ftehima ta' Kummerċ Ħieles bejn il-KE u l-pajjizi tal-Kooperazzjoni tal-Golf (GCC (B6-0020/2008)

Tkellem Androula Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Tokia Saïfi f'isem il-Grupp PPE-DE, Carlos Carnero González f'isem il-Grupp PSE, Ramona Nicole Mănescu f'isem il-Grupp ALDE, Caroline Lucas f'isem il-Grupp Verts/ALE, Avril Doyle, David Martin u Kader Arif.

Tkellem skond il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig.

Tkellmu: Androula Vassiliou, Avril Doyle dwar il-proċedura “catch the eye”, u l-President sabiex tfakkar ir-regoli ta' din il-proċedura, u Androula Vassiliou.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata, skond l-Artikolu 108 (5), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-aħħar tad-dibattitu.

- Helmuth Markov f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Ftehima ta' Kummerċ Ħieles bejn il-KE u l-Kunsill tal-Koperazzjoni tal-Golf (B6-0142/2008).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: 24.04.2008 .


15. Sistema ta' tolleranza żero għall-GMOs mhux awtorizzati u l-effetti ekonomiċi ta' dan (dibattitu)

Mistoqsija orali (O-0031/2008) mressqa minnNeil Parish, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Reġim ta' żero tolleranza għal GMOs mhux awtorizzati u konsegwenzi ekonomiċi ta' dan (B6-0151/2008)

Struan Stevenson ressaq il-mistoqsija orali minflok l-awtur.

Androula Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija orali

Tkellmu: Esther De Lange f'isem il-Grupp PPE-DE, Bernadette Bourzai f'isem il-Grupp PSE, Jan Mulder f'isem il-Grupp ALDE, Janusz Wojciechowski f'isem il-Grupp UEN, Caroline Lucas f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jim Allister Membru mhux affiljat, Rosa Miguélez Ramos, Kyösti Virrankoski, Dimitar Stoyanov, Avril Doyle, Csaba Sándor Tabajdi u Paulo Casaca.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Marios Matsakis, Jean-Pierre Audy u Jan Mulder.

Tkellem Androula Vassiliou.

Id-dibattitu ngħalaq.


16. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta ta' l-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" 404.885/OJJE).


17. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.20.

Harald Rømer

Gérard Onesta

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Adamou, Agnoletto, Aita, Albertini, Allister, Alvaro, Anastase, Andrejevs, Andria, Andrikienė, Angelakas, Angelilli, Arif, Arnaoutakis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Attwooll, Aubert, Audy, Auken, Aylward, Ayuso, Baco, Badia i Cutchet, Baeva, Barón Crespo, Barsi-Pataky, Battilocchio, Batzeli, Bauer, Beaupuy, Beazley, Becsey, Beer, Belet, Belohorská, Bennahmias, Beňová, Berend, Berès, Berlato, Berlinguer, Bielan, Binev, Birutis, Blokland, Bobošíková, Bösch, Bono, Bonsignore, Booth, Borghezio, Borrell Fontelles, Boştinaru, Botopoulos, Bourzai, Bowis, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Braghetto, Brejc, Brepoels, Breyer, Březina, Brie, Brok, Budreikaitė, van Buitenen, Bulfon, Bullmann, Bulzesc, van den Burg, Burke, Bushill-Matthews, Busk, Buşoi, Busquin, Busuttil, Buzek, Cabrnoch, Callanan, Camre, Capoulas Santos, Cappato, Carlotti, Carnero González, Carollo, Casaca, Cashman, Casini, Caspary, Castex, Castiglione, del Castillo Vera, Cavada, Cederschiöld, Cercas, Chatzimarkakis, Chichester, Chiesa, Chmielewski, Chruszcz, Chukolov, Claeys, Clark, Cocilovo, Coelho, Cohn-Bendit, Corbett, Corbey, Corda, Corlăţean, Cornillet, Cottigny, Coûteaux, Cramer, Corina Creţu, Gabriela Creţu, Crowley, Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Dăianu, Daul, David, Davies, De Blasio, Degutis, Dehaene, De Keyser, Demetriou, Deprez, De Sarnez, Descamps, Désir, Deß, Deva, De Veyrac, De Vits, Díaz de Mera García Consuegra, Dičkutė, Didžiokas, Dillen, Dimitrakopoulos, Dombrovskis, Donnici, Doorn, Douay, Dover, Doyle, Drčar Murko, Dührkop Dührkop, Duff, Duka-Zólyomi, Dumitriu, Ebner, Ehler, Ek, El Khadraoui, Elles, Esteves, Estrela, Ettl, Jill Evans, Robert Evans, Färm, Fajmon, Falbr, Farage, Fatuzzo, Fava, Fazakas, Ferber, Fernandes, Fernández Martín, Ferrari, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Filip, Fjellner, Flasarová, Flautre, Florenz, Foglietta, Foltyn-Kubicka, Fontaine, Fouré, Fourtou, Fraga Estévez, Fraile Cantón, França, Freitas, Friedrich, Gacek, Gahler, Gál, Gaľa, Galeote, Garcés Ramón, García-Margallo y Marfil, Gargani, Garriga Polledo, Gaubert, Gauzès, Gawronski, Gebhardt, Gentvilas, Georgiou, Geremek, Geringer de Oedenberg, Gewalt, Gibault, Gierek, Giertych, Gill, Gklavakis, Glante, Glattfelder, Goebbels, Goepel, Golik, Gollnisch, Gomes, Gomolka, Gottardi, Goudin, Grabowska, Grabowski, Graça Moura, Graefe zu Baringdorf, Gräßle, de Grandes Pascual, Grau i Segú, Grech, Griesbeck, Gröner, de Groen-Kouwenhoven, Groote, Grosch, Grossetête, Gruber, Guellec, Guerreiro, Guidoni, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Guy-Quint, Hänsch, Hall, Hammerstein, Hamon, Handzlik, Hannan, Harangozó, Harbour, Harkin, Harms, Hasse Ferreira, Hassi, Haug, Hazan, Heaton-Harris, Hedh, Hegyi, Helmer, Hénin, Hennicot-Schoepges, Hennis-Plasschaert, Herczog, Herranz García, Herrero-Tejedor, Hieronymi, Higgins, Hökmark, Holm, Honeyball, Hoppenstedt, Horáček, Howitt, Hudacký, Hughes, Hutchinson, Hybášková, Hyusmenova, Iacob-Ridzi, Ibrisagic, in 't Veld, Iotova, Irujo Amezaga, Isler Béguin, Itälä, Iturgaiz Angulo, Jacobs, Jäätteenmäki, Jałowiecki, Janowski, Jarzembowski, Jeggle, Jeleva, Jensen, Jöns, Jørgensen, Jonckheer, Jordan Cizelj, Jouye de Grandmaison, Juknevičienė, Kacin, Kaczmarek, Kallenbach, Kamall, Karas, Karim, Kasoulides, Kaufmann, Kauppi, Kazak, Tunne Kelam, Kilroy-Silk, Kindermann, Kinnock, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Knapman, Koch, Kohlíček, Konrad, Koppa, Korhola, Kósáné Kovács, Koterec, Kozlík, Krahmer, Krasts, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kristovskis, Krupa, Kuc, Kuhne, Kułakowski, Kušķis, Kusstatscher, Kuźmiuk, Laignel, Lamassoure, Lambert, Lambrinidis, Lambsdorff, Landsbergis, Lang, De Lange, Langen, Langendries, Laperrouze, Lauk, Lavarra, Lax, Lebech, Lechner, Le Foll, Lefrançois, Lehideux, Lehne, Lehtinen, Leichtfried, Leinen, Jean-Marie Le Pen, Marine Le Pen, Lévai, Lewandowski, Liberadzki, Libicki, Lichtenberger, Lienemann, Liese, Liotard, Lipietz, Locatelli, Lombardo, López-Istúriz White, Losco, Louis, Lucas, Ludford, Lulling, Lundgren, Luque Aguilar, Lynne, Lyubcheva, Maaten, McAvan, McCarthy, McDonald, McGuinness, McMillan-Scott, Madeira, Manders, Mănescu, Maňka, Erika Mann, Thomas Mann, Manolakou, Mantovani, Marinescu, Martens, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masiel, Masip Hidalgo, Maštálka, Mathieu, Matsakis, Matsouka, Mauro, Mavrommatis, Mayer, Mayor Oreja, Medina Ortega, Meijer, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Meyer Pleite, Miguélez Ramos, Mikko, Mikolášik, Millán Mon, Mitchell, Mladenov, Mölzer, Moraes, Moreno Sánchez, Morgan, Morgantini, Morillon, Morin, Mote, Mulder, Musacchio, Muscardini, Mussolini, Myller, Napoletano, Naranjo Escobar, Nassauer, Nattrass, Navarro, Nechifor, Neris, Newton Dunn, Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Nicholson of Winterbourne, Niebler, van Nistelrooij, Novak, Obiols i Germà, Öger, Özdemir, Olajos, Olbrycht, Ó Neachtain, Onesta, Onyszkiewicz, Oomen-Ruijten, Oprea, Ortuondo Larrea, Őry, Ouzký, Oviir, Paasilinna, Pack, Pahor, Paleckis, Panayotopoulos-Cassiotou, Panayotov, Pannella, Panzeri, Papadimoulis, Paparizov, Papastamkos, Parish, Paşcu, Patriciello, Patrie, Peillon, Pęk, Alojz Peterle, Petre, Pflüger, Piecyk, Pieper, Pietikäinen, Pīks, Pinheiro, Pinior, Piotrowski, Pirker, Piskorski, Pistelli, Pittella, Pleguezuelos Aguilar, Pleštinská, Plumb, Podestà, Podkański, Pöttering, Pohjamo, Poignant, Polfer, Poli Bortone, Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Posselt, Prets, Pribetich, Vittorio Prodi, Protasiewicz, Purvis, Queiró, Quisthoudt-Rowohl, Rack, Radwan, Raeva, Ransdorf, Rapkay, Remek, Resetarits, Reul, Ribeiro e Castro, Riera Madurell, Ries, Riis-Jørgensen, Rivera, Rizzo, Rocard, Rogalski, Roithová, Romagnoli, Romeva i Rueda, Rosati, Roszkowski, Roth-Behrendt, Rothe, Rouček, Roure, Rovsing, Rübig, Rühle, Rutowicz, Ryan, Sacconi, Saïfi, Sakalas, Saks, Salafranca Sánchez-Neyra, Salinas García, Sánchez Presedo, dos Santos, Sanz Palacio, Saryusz-Wolski, Savary, Savi, Sbarbati, Schaldemose, Schapira, Schenardi, Schierhuber, Schinas, Schlyter, Frithjof Schmidt, Olle Schmidt, Schmitt, Schnellhardt, Schöpflin, Jürgen Schröder, Schroedter, Schulz, Schuth, Schwab, Seeber, Segelström, Seppänen, Severin, Siekierski, Silva Peneda, Simpson, Sinnott, Skinner, Škottová, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sornosa Martínez, Sousa Pinto, Spautz, Speroni, Staes, Staniszewska, Starkevičiūtė, Stavreva, Sterckx, Stevenson, Stihler, Stockmann, Stolojan, Stoyanov, Strejček, Strož, Sturdy, Sudre, Sumberg, Surján, Susta, Svensson, Swoboda, Szájer, Szent-Iványi, Szymański, Tabajdi, Tajani, Takkula, Tannock, Tarand, Tatarella, Thomsen, Thyssen, Ţicău, Titford, Titley, Toia, Tőkés, Tomaszewska, Tomczak, Toubon, Toussas, Trakatellis, Trautmann, Triantaphyllides, Trüpel, Turmes, Tzampazi, Ulmer, Urutchev, Vakalis, Vălean, Vanhecke, Van Hecke, Van Lancker, Van Orden, Varela Suanzes-Carpegna, Varvitsiotis, Vatanen, Vaugrenard, Veneto, Ventre, Veraldi, Vergnaud, Vidal-Quadras, Vigenin, de Villiers, Virrankoski, Visser, Vlasák, Vlasto, Voggenhuber, Wallis, Walter, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weiler, Weisgerber, Westlund, Wieland, Wiersma, Wijkman, Willmott, Iuliu Winkler, Wise, von Wogau, Bernard Wojciechowski, Janusz Wojciechowski, Wortmann-Kool, Wurtz, Yañez-Barnuevo García, Záborská, Zahradil, Zaleski, Zani, Zapałowski, Zappalà, Zatloukal, Ždanoka, Zdravkova, Zieleniec, Zīle, Zimmer, Zlotea, Zvěřina, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza