Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 7 ta' Mejju 2008 - Brussell

10. Ordni tas-seduta
Rapporti Verbatim

Il-punt li jmiss kien l-ordni tas-seduta.

L-abbozz finali ta' l-aġenda għas-seduti plenarji ta' Mejju I 2008 (PE 406.217/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-modifiki msemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):

Seduti ta' 07.05.2008 u 08.05.2008

l-Erbgħa

Talba tal-grupp PPE-DE biex jiddaħħal it-tieni punt fl-aġenda tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni fil-Ġorġja u biex jingħalaq id-dibattitu bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa għall-votazzjonijiet waqt il-perjodu tas-sessjoni ta' Ġunju I.

Il-Parlament approva din t-talba.

Il-Kunsill ma setgħax ikun preżenti wara t-20:00 biex iwieġeb għall-mistoqsija orali Le Conseil ne pouvant être présent après 20 heures pour répondre à la question orale "Kumpaniji tad-direttorji" foloz (punt 24 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda), huwa propost li dan il-punt jitressaq fil-perjodu ta' sessjoni li jmiss.

Tkellmu: Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE, u Simon Busuttil f'isem il-Grupp PPE-DE.

Il-Parlament approva l-proposta.

il-Ħamis

Il-votazzjoni dwar ir-rapporti Klaus-Heiner Lehne (A6-0101/2008) (punt 19 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) u Kyösti Virrankoski (punt 20 ta' l-Abbozz ta' l-Aġenda) tressqu għal perjodu ta' sessjoni li jmiss.

°
° ° °

Hekk ġie stabbilit l-ordni tas-seduta.

Avviż legali - Politika tal-privatezza