Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 8 ta' Mejju 2008 - Brussell

2. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti msemmija hawn taħt

1) mill-Kunsill u l-Kummissjoni

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward ta' l-Artikolu 6(2) dwar it-tqegħid fis-suq ta' batteriji u akkumulaturi (COM(2008)0211 - C6-0165/2008 - 2008/0081(COD))

irreferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

ITRE, IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Iżrael dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta' l-Istat ta' Iżrael fil-programmi Komunitarji (05471/2008 - C6-0180/2008 - 2007/0241(AVC))

irreferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

INTA

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (COM(2008)0213 - C6-0181/2008 - 2008/0082(COD))

irreferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (COM(2008)0172 - C6-0182/2008 - 2008/0067(CNS))

irreferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, INTA

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru ta' l-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (COM(2008)0162 - C6-0183/2008 - 2008/0063(CNS))

irreferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 10/2008 - Sezzjoni III - Kummissjoni (SEC(2008)0410 - C6-0185/2008 - 2008/2110(GBD))

irreferut

responsabbli :

BUDG

Avviż legali - Politika tal-privatezza