Edith Mastenbroek, Jens-Peter Bonde u Adeline Hazan ħabbru bil-miktub ir-riżenja tagħhom mill-pożizzjoni ta' Membri tal-Parlament, b'effett rispettivament mit-30.04.2008, 09.05.2008 u 18.05.2008.
Bi qbil ma' l-Artikolu 4, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura il-Parlament innota s-siġġijiet vakanti tagħhom u informa lill-Istati Membri interessati.
L-awtoritajiet Olandiżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Jan Cremers minflok Edith Mastenbroek bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 30.04.2008.
L-awtoritajiet Daniżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Hanne Dahl minflok Jens-Peter Bonde bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 09.05.2008.
Bi qbil ma' l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tagħhom ma ġewx ivverifikati u lanqas ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Jan Cremers u Hanne Dahl ħadu posthom fil-Parlament u fl-organi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom, bil-kundizzjoni li preċedentement iffirmaw dikjarazzjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni li hi inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.