Indiċi 
Minuti
PDF 189kWORD 104k
Il-Ħamis, 8 ta' Mejju 2008 - Brussell
1.Ftuħ tas-Seduta
 2.Dokumenti mressqa
 3.Żvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej (dibattitu)
 4.Dwar White paper dwar l-isport (dibattitu)
 5.Ħin tal-votazzjonijiet
  
5.1.Modifika tal-possibilitajiet ta' sajd u tal-kumpens finanzjarju stipulat fil-ftehima KE/Seychelles * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
5.2.Dazju tas-sisa fuq birra ta' Madejra * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
5.3.Ftehima bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar proċedura ta' implimentazzjoni tal-komitoloġija (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
5.4.Modifika ta' l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
5.5.Reġimi ta' appoġġ favur il-bdiewa (għajnuna għall-qoton) * (votazzjoni)
  
5.6.Kunsill Ekonomiku Transatlantiku (votazzjoni)
  
5.7.Id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja (2007) u l-politika ta' l-Unjoni Ewropea (votazzjoni)
  
5.8.Missjonijiet ta' osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet ta' l-UE: objettivi, prattiki u sfidi tal-futur (votazzjoni)
  
5.9.Relazzjonijiet Kummerċjali u Ekonomiċi mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja (ASEAN) (votazzjoni)
  
5.10.L-immanniġġjar ta' l-istokks tal-ħut tal-fond (votazzjoni)
  
5.11.Żvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej (votazzjoni)
  
5.12.White paper dwar l-isport (votazzjoni)
 6.Kompożizzjoni tal-Parlament
 7.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 8.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 9.Spjegazzjonijiet tal-vot
 10.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 11.Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
 12.Trażmissjoni tat-testi adottati waqt is-seduta li għaddejja
 13.Dati tas-seduti li jmiss
 14.Interruzzjoni tas-sessjoni
 REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA


PRESIDENT: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi-President

1. Ftuħ tas-Seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.00.


2. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti msemmija hawn taħt

1) mill-Kunsill u l-Kummissjoni

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward ta' l-Artikolu 6(2) dwar it-tqegħid fis-suq ta' batteriji u akkumulaturi (COM(2008)0211 - C6-0165/2008 - 2008/0081(COD))

irreferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

ITRE, IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' Iżrael dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta' l-Istat ta' Iżrael fil-programmi Komunitarji (05471/2008 - C6-0180/2008 - 2007/0241(AVC))

irreferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

INTA

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (COM(2008)0213 - C6-0181/2008 - 2008/0082(COD))

irreferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (COM(2008)0172 - C6-0182/2008 - 2008/0067(CNS))

irreferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, INTA

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru ta' l-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (COM(2008)0162 - C6-0183/2008 - 2008/0063(CNS))

irreferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 10/2008 - Sezzjoni III - Kummissjoni (SEC(2008)0410 - C6-0185/2008 - 2008/2110(GBD))

irreferut

responsabbli :

BUDG


3. Żvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej (dibattitu)

Rapport dwar żvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej [2007/2115(INI)] Rapporteur: Ingo Friedrich (eks- rapport Alexander Stubb) (A6-0105/2008)

Ingo Friedrich ippreżenta r-rapport.

Tkellem Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni).

Tkellmu: José Javier Pomés Ruiz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Pervenche Berès (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Claude Turmes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Diana Wallis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Søren Bo Søndergaard (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Philip Bradbourn f'isem il-Grupp PPE-DE, Carlos Carnero González f'isem il-Grupp PSE, Anneli Jäätteenmäki f'isem il-Grupp ALDE, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jens-Peter Bonde f'isem il-Grupp IND/DEM, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Reinhard Rack, Richard Corbett, Luca Romagnoli, Astrid Lulling, Jo Leinen u Costas Botopoulos.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Zita Pleštinská, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Paul Rübig, Carl Schlyter u David Hammerstein.

Tkellmu: Siim Kallas u Ingo Friedrich.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.11 tal- Minuti ta' 08.05.2008 .


4. Dwar White paper dwar l-isport (dibattitu)

Rapport dwar White paper dwar l-isport [2007/2261(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Manolis Mavrommatis (A6-0149/2008)

Manolis Mavrommatis ippreżenta r-rapport.

PRESIDENT: Mario MAURO
Viċi-President

Tkellem Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Emine Bozkurt (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Toine Manders, Gerardo Galeote (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Neena Gill (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Esther De Lange (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Pál Schmitt f'isem il-Grupp PPE-DE, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE, Zdzisław Zbigniew Podkański f'isem il-Grupp UEN, Jean-Luc Bennahmias f'isem il-Grupp Verts/ALE, Věra Flasarová f'isem il-Grupp GUE/NGL, Thomas Wise f'isem il-Grupp IND/DEM, Slavi Binev Membru mhux affiljat, Ivo Belet, Emine Bozkurt, Ramona Nicole Mănescu, Sebastiano (Nello) Musumeci, Doris Pack, Christa Prets, Sharon Bowles, Ryszard Czarnecki, Tadeusz Zwiefka, Richard Corbett, Grażyna Staniszewska, Christopher Heaton-Harris, li wettqu wkoll dikjarazzjoni ta' interess finanzjarju, Donato Tommaso Veraldi u Christofer Fjellner.

Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Mihaela Popa, Costas Botopoulos, Toomas Savi u Antonio De Blasio.

Tkellmu: Vladimír Špidla, Manolis Mavrommatis u Martin Schulz, dan ta' l-aħħar ilmenta dwar l-istorbju fl-emiċiklu waqt iż-żewġ interventi preċedenti.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.12 tal- Minuti ta' 08.05.2008 .


PRESIDENT: Martine ROURE
Viċi-President

°
° ° °

Il-President feraħ bir-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona mill-Parlament Litwan.

°
° ° °

Tkellem Jens-Peter Bonde fl-okkażjoni ta' l-aħħar parteċipazzjoni tiegħu fil-ħin tal-votazzjonijiet.

5. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet, fl-anness għall-minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


5.1. Modifika tal-possibilitajiet ta' sajd u tal-kumpens finanzjarju stipulat fil-ftehima KE/Seychelles * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it-18 ta’ Jannar 2005 u s-17 ta’ Jannar 2011 [COM(2007)0664 - C6-0430/2007 - 2007/0232(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Josu Ortuondo Larrea (A6-0085/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0187)


5.2. Dazju tas-sisa fuq birra ta' Madejra * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa ta' dazju tas-sisa fuq birra prodotta lokalment fir-reġjun awtonomu ta' Madejra [COM(2007)0772 - C6-0012/2008 - 2007/0273(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Sérgio Marques (A6-0146/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0188)


5.3. Ftehima bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar proċedura ta' implimentazzjoni tal-komitoloġija (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-konkluż)joni ta' ftehima interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċedura għall-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (C6-0009/2008 - 2008/2002(ACI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Monica Frassoni (A6-0107/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Tkellem László Kovács (Membru tal-Kummissjoni).

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0189)


5.4. Modifika ta' l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar modifika ta' l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew [2008/2027(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Monica Frassoni (A6-0108/2008)

(Maġġoranza kwalifikata)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P6_TA(2008)0190)


5.5. Reġimi ta' appoġġ favur il-bdiewa (għajnuna għall-qoton) * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, fir-rigward ta’ l-iskema ta' appoġġ dwar il-qoton [COM(2007)0701 - C6-0447/2007 - 2007/0242(CNS)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Ioannis Gklavakis (A6-0166/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni bl-emendi (P6_TA(2008)0191)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P6_TA(2008)0191)


5.6. Kunsill Ekonomiku Transatlantiku (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B6-0209/2008, B6-0210/2008, B6-0211/2008, B6-0212/2008, B6-0213/2008 u B6-0214/2008

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI RC-B6-0209/2008

(flokB6-0209/2008, B6-0210/2008, B6-0211/2008, B6-0212/2008 u B6-0214/2008):

mressqa mill-Membri li ġejjin:

Jonathan Evans, Elmar Brok, Corien Wortmann-Kool, James Elles, Andreas Schwab u Urszula Gacek f'isem il-Grupp PPE-DE,

Erika Mann, Peter Skinner, Jan Marinus Wiersma u Benoît Hamon f'isem il-Grupp PSE,

Annemie Neyts-Uyttebroeck u Alexander Lambsdorff f'isem il-Grupp ALDE,

Heide Rühle, Kathalijne Maria Buitenweg u Pierre Jonckheer f'isem il-Grupp Verts/ALE,

Adam Bielan u Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp UEN

(Bernard Wojciechowski huwa kofirmatarju f'ismu stess)

Adottata (P6_TA(2008)0192)

(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B6-0213/2008 waqgħet.)

Tkellmu:

Erika Mann f'isem il-Grupp PSE, preżenta emenda orali mal-paragrafu 13, li ġiet aċċettata.


5.7. Id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja (2007) u l-politika ta' l-Unjoni Ewropea (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rapport Annwali 2007 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika ta' l-UE dwar il-kwistjoni [2007/2274(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Marco Cappato (A6-0153/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0193)

Tkellmu:

Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE, indika li l-grupp tiegħu rtira l-emenda 3 tiegħu;

Marco Cappato (rapporteur) preżenta emenda orali ma' l-emenda 7, li ġiet aċċettata.

Hélène Flautre preżentat emenda orali ma' l-emenda 22, li ġiet aċċettata.


5.8. Missjonijiet ta' osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet ta' l-UE: objettivi, prattiki u sfidi tal-futur (votazzjoni)

Rapport dwar missjonijiet ta' osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet ta' l-UE: objettivi, prattiki u sfidi tal-futur [2007/2217(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Ko-Rapporteurs: Véronique De Keyser u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra (A6-0138/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0194)

Tkellmu:

Michael Gahler preżenta emenda orali bl-intenzjoni li jiddaħħal paragrafu 6a ġdid, li ġiet aċċettata.


5.9. Relazzjonijiet Kummerċjali u Ekonomiċi mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja (ASEAN) (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Relazzjonijiet Kummerċjali u Ekonomiċi mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja (ASEAN) [2007/2265(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Ko-Rapporteurs: Glyn Ford u Vincenzo Aita (A6-0151/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0195)

Tkellmu:

Glyn Ford (rapporteur) indika qabel il-votazzjoni li huwa rtira l-emenda 11 u talab li l-emenda 12 titqies bħala miżjuda (Il-President ħabbar li huwa ma għandu ebda oppożizzjoni).


5.10. L-immanniġġjar ta' l-istokks tal-ħut tal-fond (votazzjoni)

Rapport dwar l-immanniġġjar ta' l-istokks tal-ħut tal-fond [2007/2110(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Rosa Miguélez Ramos (A6-0103/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0196)


5.11. Żvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej (votazzjoni)

Rapport dwar żvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej [2007/2115(INI)] Rapporteur: Ingo Friedrich (eks rapport Alexander Stubb) (A6-0105/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Tkellem Hartmut Nassauer.

Adottata (P6_TA(2008)0197)

Tkellmu:

Hartmut Nassauer f'isem il-Grupp PPE-DE, talab li l-emenda 3 u l-paragrafu 10, it-tieni parti, titressaq għall-votazzjoni bis-sejħa ta' l-ismijiet (minkejja li tressqet wara l-iskadenza din it-talba ġiet aċċettata);

Mario Mauro preżenta emenda orali mal-paragrafu 10, li ma ġietx aċċettata, iktar minn erbgħin Membru opponew milli titqies;

Adina-Ioana Vălean preżentat emenda orali ma' l-emenda 3, li ma ġietx aċċettata, iktar minn erbgħin Membru opponew milli titqies (Monica Frassoni tkellmet dwar dan ir-riżultat);

Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE,indikat li l-grupp tagħha irtira l-emenda 15.


5.12. White paper dwar l-isport (votazzjoni)

Rapport dwar White paper dwar l-isport [2007/2261(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Manolis Mavrommatis (A6-0149/2008)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P6_TA(2008)0198)


6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Edith Mastenbroek, Jens-Peter Bonde u Adeline Hazan ħabbru bil-miktub ir-riżenja tagħhom mill-pożizzjoni ta' Membri tal-Parlament, b'effett rispettivament mit-30.04.2008, 09.05.2008 u 18.05.2008.

Bi qbil ma' l-Artikolu 4, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura il-Parlament innota s-siġġijiet vakanti tagħhom u informa lill-Istati Membri interessati.

L-awtoritajiet Olandiżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Jan Cremers minflok Edith Mastenbroek bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 30.04.2008.

L-awtoritajiet Daniżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Hanne Dahl minflok Jens-Peter Bonde bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 09.05.2008.

Bi qbil ma' l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tagħhom ma ġewx ivverifikati u lanqas ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Jan Cremers u Hanne Dahl ħadu posthom fil-Parlament u fl-organi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom, bil-kundizzjoni li preċedentement iffirmaw dikjarazzjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni li hi inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Fuq talba tal-Gruppi PSE, UEN u IND/DEM, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:

Kumitat CONT: Ieke van den Burg

Kumitat EMPL: Jan Cremers jieħu post Emine Bozkurt

Kumitat LIBE: Emine Bozkurt

Kumitat AFCO: Hanne Dahl

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewromediterranja: Cristiana Muscardini

Id-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet bejn l-Iżvizzera, l-Iżlanda u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taz-Zona Ekonomika Ewropea (EEA): Hanne Dahl

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' Iżrael: Jan Cremers.


8. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.


PRESIDENT: Luisa MORGANTINI
Viċi-President

9. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, skond l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:

Rapport Ioannis Gklavakis - A6-0166/2008: Katerina Batzeli

Kunsill Ekonomiku Transatlantiku - RC-B6-0209/2008: Syed Kamall

Rapport Marco Cappato - A6-0153/2008: Milan Horáček, Tunne Kelam, Dimitar Stoyanov

Rapport Véronique De Keyser u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra - A6-0138/2008: Martin Callanan

Rapport Glyn Ford u Vincenzo Aita - A6-0151/2008: Syed Kamall

Rapport Ingo Friedrich - A6-0105/2008: Carlo Fatuzzo, Christopher Heaton-Harris, Daniel Hannan, Othmar Karas

Rapport Manolis Mavrommatis - A6-0149/2008: Czesław Adam Siekierski, Christopher Heaton-Harris, Ewa Tomaszewska, Christopher Beazley, Hannu Takkula, Othmar Karas.


10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

°
° ° °

Karl-Heinz Florenz ħabbar li huwa kien preżenti għas-seduta tal-lum iżda huwa ma pparteċipax għall-votazzjonijiet.


11. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti

Kompetenza tal-kumitati

Kumitat IMCO

- Mozzjoni riveduta tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' vetturi tat-trasport fit-toroq xierqa u ekonomiċi fl-enerġija (COM(2007)0817 - C6-0008/2008 - 2005/0283(COD))

renvoyé

fond :

ENVI

avis :

ITRE, TRAN, IMCO


12. Trażmissjoni tat-testi adottati waqt is-seduta li għaddejja

Il-Minuti ta' din is-seduta se jiġu ppreżentati lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu fil-bidu tas-seduta li jmiss, skond l-Artikolu 172(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Bil-qbil tal-Parlament, it-testi li ġew adottati se jintbagħtu minnufih lill-entitajiet imsemmija fihom.


13. Dati tas-seduti li jmiss

Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 19.05.2008 sa 22.05.2008.


14. Interruzzjoni tas-sessjoni

Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet aġġornata.

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 12.25.

Harald Rømer

Hans-Gert Pöttering

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Adamou, Agnoletto, Aita, Albertini, Allister, Alvaro, Andersson, Andrejevs, Angelakas, Arif, Arnaoutakis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Attwooll, Aubert, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso, Baco, Badia i Cutchet, Baeva, Barón Crespo, Barsi-Pataky, Batten, Battilocchio, Batzeli, Bauer, Beaupuy, Beazley, Becsey, Beer, Belder, Belet, Bennahmias, Beňová, Berend, Berès, Berlato, Berman, Bielan, Binev, Blokland, Bobošíková, Böge, Bösch, Bonde, Bono, Bonsignore, Booth, Borghezio, Boştinaru, Botopoulos, Bourzai, Bowis, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Braghetto, Brejc, Brepoels, Březina, Brie, Budreikaitė, Buitenweg, Bulfon, Bullmann, Bulzesc, van den Burg, Burke, Bushill-Matthews, Busk, Busquin, Busuttil, Buzek, Cabrnoch, Callanan, Camre, Capoulas Santos, Cappato, Carlotti, Carnero González, Carollo, Casa, Casaca, Cashman, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Catania, Cavada, Cederschiöld, Cercas, Chatzimarkakis, Chichester, Chiesa, Chmielewski, Chukolov, Claeys, Clark, Cocilovo, Cohn-Bendit, Corbett, Corbey, Corda, Paolo Costa, Cottigny, Cramer, Cremers, Corina Creţu, Crowley, Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Daul, Davies, De Blasio, Degutis, Dehaene, De Keyser, Demetriou, Deprez, De Sarnez, Descamps, Désir, Deß, Deva, De Veyrac, De Vits, Díaz de Mera García Consuegra, Dičkutė, Didžiokas, Dillen, Dimitrakopoulos, Dobolyi, Dombrovskis, Donnici, Doorn, Douay, Dover, Doyle, Duchoň, Duka-Zólyomi, Dumitriu, Ebner, Ek, El Khadraoui, Elles, Esteves, Estrela, Ettl, Jill Evans, Jonathan Evans, Robert Evans, Färm, Fajmon, Falbr, Farage, Fatuzzo, Fava, Fazakas, Ferber, Fernandes, Fernández Martín, Ferrari, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Figueiredo, Filip, Flasarová, Flautre, Florenz, Foglietta, Foltyn-Kubicka, Fouré, Fourtou, Fraga Estévez, Fraile Cantón, França, Frassoni, Friedrich, Gahler, Gaľa, Galeote, Garcés Ramón, García-Margallo y Marfil, García Pérez, Gargani, Gaubert, Gauzès, Gawronski, Gebhardt, Gentvilas, Geremek, Geringer de Oedenberg, Gewalt, Gibault, Giertych, Gill, Gklavakis, Glante, Glattfelder, Goebbels, Goepel, Golik, Gollnisch, Gomes, Gomolka, Gottardi, Goudin, Grabowska, Grabowski, Graça Moura, Graefe zu Baringdorf, Griesbeck, de Groen-Kouwenhoven, Groote, Grosch, Grossetête, Gruber, Guardans Cambó, Guellec, Guidoni, Gurmai, Guy-Quint, Gyürk, Hänsch, Hall, Hammerstein, Hamon, Hannan, Harangozó, Harbour, Harkin, Hasse Ferreira, Haug, Heaton-Harris, Hedh, Hegyi, Helmer, Hénin, Hennis-Plasschaert, Herranz García, Hieronymi, Higgins, Hökmark, Honeyball, Hoppenstedt, Horáček, Howitt, Hudacký, Hudghton, Hughes, Hutchinson, Iacob-Ridzi, Ibrisagic, in 't Veld, Iotova, Irujo Amezaga, Isler Béguin, Itälä, Iturgaiz Angulo, Jacobs, Jäätteenmäki, Jałowiecki, Janowski, Járóka, Jarzembowski, Jeggle, Jeleva, Jensen, Jöns, Jørgensen, Jonckheer, Jordan Cizelj, Jouye de Grandmaison, Juknevičienė, Kacin, Kaczmarek, Kallenbach, Kamall, Karas, Kasoulides, Kaufmann, Kauppi, Tunne Kelam, Kilroy-Silk, Kindermann, Kinnock, Kirilov, Klamt, Klaß, Klinz, Knapman, Koch, Konrad, Koppa, Korhola, Kósáné Kovács, Koterec, Kozlík, Krahmer, Krasts, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kristovskis, Krupa, Kuc, Kuhne, Kułakowski, Kušķis, Kusstatscher, Kuźmiuk, Lagendijk, Lamassoure, Lambrinidis, Landsbergis, Lang, De Lange, Langen, Langendries, La Russa, Lauk, Lavarra, Lebech, Lechner, Lefrançois, Lehne, Lehtinen, Leichtfried, Leinen, Marine Le Pen, Lévai, Lewandowski, Liberadzki, Libicki, Lichtenberger, Lienemann, Liese, Liotard, López-Istúriz White, Losco, Lucas, Ludford, Lulling, Lundgren, Luque Aguilar, Lynne, Lyubcheva, Maaten, McAvan, McCarthy, McGuinness, McMillan-Scott, Madeira, Maldeikis, Manders, Mănescu, Maňka, Thomas Mann, Manolakou, Marinescu, Markov, Marques, Martens, David Martin, Hans-Peter Martin, Martinez, Masiel, Masip Hidalgo, Maštálka, Mathieu, Matsakis, Matsouka, Mauro, Mavrommatis, Mayer, Mayor Oreja, Medina Ortega, Meijer, Menéndez del Valle, Meyer Pleite, Miguélez Ramos, Mikolášik, Millán Mon, Mitchell, Mladenov, Mölzer, Moreno Sánchez, Morgan, Morgantini, Morillon, Morin, Mote, Mulder, Musacchio, Muscardini, Muscat, Musumeci, Myller, Napoletano, Naranjo Escobar, Nassauer, Nattrass, Newton Dunn, Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Nicholson of Winterbourne, Niebler, van Nistelrooij, Novak, Obiols i Germà, Öger, Olbrycht, Ó Neachtain, Onesta, Oomen-Ruijten, Ortuondo Larrea, Őry, Ouzký, Oviir, Paasilinna, Pack, Pahor, Panayotopoulos-Cassiotou, Panayotov, Pannella, Panzeri, Papadimoulis, Paparizov, Papastamkos, Parish, Paşcu, Patriciello, Patrie, Peillon, Pęk, Alojz Peterle, Pflüger, Piecyk, Pieper, Pietikäinen, Pīks, Pinheiro, Piotrowski, Pirker, Piskorski, Pittella, Pleštinská, Plumb, Podestà, Podimata, Podkański, Pöttering, Pohjamo, Polfer, Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Portas, Posdorf, Posselt, Prets, Pribetich, Protasiewicz, Purvis, Queiró, Quisthoudt-Rowohl, Rack, Radwan, Raeva, Ransdorf, Rapkay, Rasmussen, Remek, Resetarits, Reul, Ribeiro e Castro, Riera Madurell, Ries, Riis-Jørgensen, Rivera, Rizzo, Rocard, Rogalski, Roithová, Romagnoli, Romeva i Rueda, Rosati, Roszkowski, Rothe, Rouček, Roure, Rovsing, Rübig, Rühle, Rutowicz, Ryan, Sacconi, Saïfi, Sakalas, Saks, Salafranca Sánchez-Neyra, Salinas García, Sánchez Presedo, dos Santos, Sanz Palacio, Sartori, Saryusz-Wolski, Savi, Schaldemose, Schierhuber, Schinas, Schlyter, Frithjof Schmidt, Olle Schmidt, Schmitt, Schnellhardt, Schöpflin, Schroedter, Schulz, Schuth, Schwab, Segelström, Seppänen, Severin, Siekierski, Silva Peneda, Simpson, Sinnott, Siwiec, Skinner, Škottová, Smith, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sornosa Martínez, Sousa Pinto, Spautz, Speroni, Staes, Staniszewska, Starkevičiūtė, Šťastný, Stavreva, Sterckx, Stevenson, Stihler, Stockmann, Stolojan, Stoyanov, Strejček, Strož, Sturdy, Sudre, Sumberg, Surján, Susta, Svensson, Swoboda, Szájer, Szejna, Szent-Iványi, Szymański, Tabajdi, Tajani, Takkula, Tannock, Tarand, Tatarella, Thomsen, Thyssen, Ţicău, Titley, Toia, Tomaszewska, Tomczak, Toubon, Trakatellis, Trautmann, Triantaphyllides, Trüpel, Turmes, Tzampazi, Ulmer, Urutchev, Vakalis, Vălean, Vanhecke, Van Lancker, Varela Suanzes-Carpegna, Varvitsiotis, Vatanen, Vaugrenard, Veneto, Ventre, Veraldi, Vergnaud, Vernola, Vidal-Quadras, Vigenin, Visser, Vlasák, Vlasto, Voggenhuber, Wagenknecht, Wallis, Walter, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Weiler, Weisgerber, Whittaker, Wieland, Wiersma, Wijkman, Willmott, Iuliu Winkler, Wise, von Wogau, Wohlin, Bernard Wojciechowski, Janusz Wojciechowski, Wortmann-Kool, Wurtz, Yañez-Barnuevo García, Záborská, Zahradil, Zaleski, Zani, Zapałowski, Zappalà, Ždanoka, Zdravkova, Železný, Zieleniec, Zīle, Zimmer, Zvěřina, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza