Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-gruppi PPE-DE u IND/DEM:
Kumitat IMCO:Christopher Heaton-Harris minflok Syed Kamall
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Afghanistan:Urszula Gacek minflok Jacek Saryusz-Wolski
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewromediterranja:Slavi Binev minflok Dimitar Stoyanov
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sa l-approvazzjoni ta' din l-Aġenda.