Rapport dwar il-progress miksub fil-qasam ta' l-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea (it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE) [2007/2202(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Elizabeth Lynne (A6-0159/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
Philip Bushill-Matthews f'isem il-Grupp PPE-DE, talab li jkun hemm votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet għall-emenda 4 (6) u l-emenda 12. (Il-President qal li ma kellu l-ebda oġġezzjoni biex tkun ikkunsidrata din it-talba);
Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, ipproponiet emenda orali li għandha l-għan li tinkludi paragrafu ġdid 3a, li ma nżammitx, peress li iktar minn 40 Membru ma qablux li tiġi kkunsidrata;
Richard Howitt dwar it-talba ta' Philip Bushill-Matthews.