- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 68/151/KEE u 89/666/KEE fir-rigward ta' l-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji (COM(2008)0194 - C6-0171/2008 - 2008/0083(COD))
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
ECON
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati (COM(2008)0195 - C6-0173/2008 - 2008/0084(COD))
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
ECON
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 13/2008 - Sezzjoni III - Kummissjoni (SEC(2008)0536 - C6-0186/2008 - 2008/2112(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża fir-rigward tan-numerar tal-viża (COM(2008)0188 - C6-0187/2008 - 2008/0074(CNS))
irreferut
responsabbli :
LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2008)0196 - C6-0188/2008 - 2008/0077(CNS))
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
BUDG
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2008)0197 - C6-0189/2008 - 2008/0078(CNS))
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 14/2008 - Sezzjoni III - Kummissjoni (SEC(2008)0537 - C6-0190/2008 - 2008/2116(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 11/2008 - Sezzjoni III - Kummissjoni (SEC(2008)0411 - C6-0191/2008 - 2008/2138(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għas-sena finanzjarja 2008 stabbilit mill-Kunsill fl-14 ta' Mejju 2008. (09190/2008 - C6-0192/2008 - 2008/2080(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
2) mill-kumitati parlamentari, rapport
- Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 2/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (2008/2080(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Kyösti Virrankoski (A6-0188/2008)
3. Azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet mhux leġiżlattivi adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Jannar II 2008 hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.
4. Dibattitu dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt (imħabbra l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu, skond l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura, li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip fuq il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
I. Is-Sudan u l-Qorti Kriminali Internazzjonali
- Pasqualina Napoletano, Glenys Kinnock, Ana Maria Gomes, Marie-Arlette Carlotti, Emilio Menéndez del Valle u Josep Borrell Fontelles f'isem il-Grupp PSE, dwar is-Sudan u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (B6-0240/2008);
- Hélène Flautre, Frithjof Schmidt, Margrete Auken, Mikel Irujo Amezaga u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-qagħda fis-Sudan u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (B6-0254/2008);
- Vittorio Agnoletto f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-Sudan u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (B6-0255/2008);
- Jürgen Schröder, Laima Liucija Andrikienė, Colm Burke, Filip Kaczmarek, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Bernd Posselt, Eija-Riitta Korhola u Tunne Kelam f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar is-Sudan u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (B6-0256/2008);
- Ryszard Czarnecki, Adam Bielan u Eoin Ryan f'isem il-Grupp UEN, dwar is-Sudan u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (B6-0257/2008);
- Thierry Cornillet, Marco Cappato, Marielle De Sarnez u Johan Van Hecke f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-Sudan u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (B6-0258/2008).
II. Detenzjoni ta' avversarji politiċi fil-Belarus
- Pasqualina Napoletano, Jan Marinus Wiersma u Justas Vincas Paleckis f'isem il-Grupp PSE, dwar il-qagħda fil-Belarus (B6-0239/2008);
- Konrad Szymański, Ryszard Czarnecki, Wojciech Roszkowski, Mieczysław Edmund Janowski, Ewa Tomaszewska, Adam Bielan u Inese Vaidere f'isem il-Grupp UEN, dwar il-qagħda fil-Belarus (B6-0259/2008);
- Vittorio Agnoletto f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Belarus (B6-0260/2008);
- Jacek Protasiewicz, Urszula Gacek, Charles Tannock, José Ribeiro e Castro, Filip Kaczmarek, Bernd Posselt, Eija-Riitta Korhola, Tunne Kelam, Laima Liucija Andrikienė f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar l-arrest ta' avversarji politiċi fil-Belarus (B6-0261/2008);
- Janusz Onyszkiewicz, Eugenijus Gentvilas u Anne E. Jensen f'isem il-Grupp ALDE, dwar l-arrest ta' avversarji politiċi fil-Belarus (B6-0263/2008);
- Elisabeth Schroedter u Milan Horáček f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-arrest ta' avversarji politiċi fil-Belarus (B6-0264/2008).
III.Tensjoni tiżdied fil-Burundi
- Pasqualina Napoletano, Alain Hutchinson, Marie-Arlette Carlotti, Glenys Kinnock u Ana Maria Gomes f'isem il-Grupp PSE, dwar il-qagħda fil-Burundi (B6-0241/2008);
- Raül Romeva i Rueda u Mikel Irujo Amezaga f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar it-tensjoni li qed tiżdied fil-Burundi (B6-0265/2008);
- Umberto Guidoni f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-qagħda fil-Burundi (B6-0266/2008);
- John Bowis, Jürgen Schröder, Filip Kaczmarek, Bernd Posselt, Eija-Riitta Korhola u Tunne Kelam f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar it-tensjoni li qed tiżdied fil-Burundi (B6-0267/2008);
- Ryszard Czarnecki, Ģirts Valdis Kristovskis, Adam Bielan u Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, dwar il-qagħda fil-Burundi (B6-0268/2008);
- Johan Van Hecke f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-Burundi (B6-0269/2008).
Il-ħin għad-diskorsi jiġi allokat skond l-Artikolu 142 tar-Regoli tal-Proċedura.
5. Linji ta' orjentament għall-politiki dwar l-impjieg (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji ta' orjentament għall-politika dwar l-impjiegi ta' l-Istati Membri [COM(2007)0803 V daļa – C6-0031/2008 – 2007/0300(CNS)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Anne Van Lancker (A6-0172/2008)
Tkellem Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni).
Anne Van Lancker ippreżentat ir-rapport.
Tkellmu: Elisabeth Morin f'isem il-Grupp PPE-DE, Jan Andersson f'isem il-Grupp PSE, Ona Juknevičienė f'isem il-Grupp ALDE, Elisabeth Schroedter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, Jiří Maštálka f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kathy Sinnott f'isem il-Grupp IND/DEM, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Thomas Mann, Rovana Plumb, Siiri Oviir, Gabriele Zimmer, Derek Roland Clark, Jacek Protasiewicz, Richard Falbr, Nils Lundgren, José Albino Silva Peneda, Juan Andrés Naranjo Escobar u Iles Braghetto.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Tadeusz Zwiefka, Renate Weber, Miloslav Ransdorf, Jean-Pierre Audy, Danutė Budreikaitė, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Czesław Adam Siekierski u Paul Rübig.
6. Progress miksub fil-qasam ta' l-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-UE (dibattitu)
Rapport dwar il-progress miksub fil-qasam ta' l-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea (it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE) [2007/2202(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Elizabeth Lynne (A6-0159/2008)
Elizabeth Lynne ippreżentat ir-rapport.
PRESIDENT: Luigi COCILOVO Viċi-President
Tkellem Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Tatjana Ždanoka (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Edit Bauer f'isem il-Grupp PPE-DE, Magda Kósáné Kovács f'isem il-Grupp PSE, Bernard Lehideux f'isem il-Grupp ALDE, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jan Tadeusz Masiel f'isem il-Grupp UEN, Bairbre de Brún f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philip Bushill-Matthews, Stephen Hughes, Sophia in 't Veld, Elisabeth Schroedter, Ria Oomen-Ruijten, Lissy Gröner, Marco Cappato, Anja Weisgerber, Richard Howitt, Holger Krahmer, Carlo Fatuzzo, Zita Gurmai, Marian Harkin u Pier Antonio Panzeri.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Metin Kazak, Hubert Pirker, Ewa Tomaszewska, Gabriela Creţu, Jim Allister, Siiri Oviir, Neena Gill, Thomas Mann, Miloslav Ransdorf u Gay Mitchell dwar l-intervent ta' Jim Allister.
7. Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea (dibattitu)
Rapport dwar il-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea [2008/2009(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Willi Piecyk (A6-0163/2008)
Willi Piecyk ippreżenta r-rapport.
Tkellem Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Sérgio Marques (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Pedro Guerreiro (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE, Silvia-Adriana Ţicău f'isem il-Grupp PSE, Paweł Bartłomiej Piskorski f'isem il-Grupp ALDE, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Seán Ó Neachtain f'isem il-Grupp UEN, Pedro Guerreiro f'isem il-Grupp GUE/NGL, Fernand Le Rachinel Membru mhux affiljat, Luís Queiró, Robert Navarro, Anne E. Jensen, Ian Hudghton, Athanasios Pafilis, Ashley Mote, Struan Stevenson, Emanuel Jardim Fernandes, Bogusław Liberadzki, Rosa Miguélez Ramos, Jamila Madeira u Paulo Casaca.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski, Ioan Mircea Paşcu, Marusya Ivanova Lyubcheva u Catherine Stihler.
Tkellmu: Catherine Stihler, Joe Borg u Willi Piecyk.
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet, fl-anness għall-minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
8.1. Kwalifiki korrispondenti ta' taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE dwar it-tqabbil tal-kwalifiki tat-taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej [COM(2007)0680 - C6-0398/2007 - 2007/0234(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Jan Andersson (A6-0132/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
8.2. Simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-istabbiliment ta' listi u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni fis-setturi veterinarji u zootekniċi * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tissemplifika l-proċeduri ta' l-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE [COM(2008)0120 - C6-0156/2008 - 2008/0046(CNS)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Neil Parish (A6-0160/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
8.3. Ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru (Verżjoni kkodifikata) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru (Verżjoni kkodifikata) [COM(2007)0873 - C6-0025/2008 - 2007/0299(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A6-0152/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
8.4. L-istabbiliment ta' l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu [COM(2007)0571 - C6-0446/2007 - 2007/0211(CNS)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Pia Elda Locatelli (A6-0145/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta' għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta' finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk [COM(2008)0051 - C6-0062/2008 - 2008/0020(CNS)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Sergio Berlato (A6-0164/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.6. L-analiżi tal-Programm ta' Paċi u strateġiji għall-futur (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Programm PEACE u strateġiji għall-futur [2007/2150(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Bairbre de Brún (A6-0133/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
8.7. L-istatistika dwar laħam u bhejjem ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-istatistika dwar laħam u bhejjem [COM(2007)0129 - C6-0099/2007 - 2007/0051(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf (A6-0130/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Tkellem Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf (rapporteur).
8.8. Linji ta' orjentament għall-politiki dwar l-impjieg * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji ta' orjentament għall-politika dwar l-impjiegi ta' l-Istati Membri [COM(2007)0803 V daļa – C6-0031/2008 – 2007/0300(CNS)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Anne Van Lancker (A6-0172/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
8.9. L-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2009 (votazzjoni)
Rapport dwar l-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2009 [2008/2022(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Janusz Lewandowski (A6-0181/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
8.10. Kummerċ ta' materja prima u ta' prodotti bażiċi (votazzjoni)
Rapport dwar il-kummerċ ta' materja prima u ta' prodotti bażiċi [2008/2051(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jens Holm (A6-0134/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
Rapport dwar l-istrateġija Kommunitarja dwar il-Politika tal-konsumatur 2007-2013 [2007/2189(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Lasse Lehtinen (A6-0155/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
Lasse Lehtinen (rapporteur) dwar il-verżjoni Franċiża ta' l-emenda 3.
8.13. Progress miksub fil-qasam ta' l-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-UE (votazzjoni)
Rapport dwar il-progress miksub fil-qasam ta' l-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea (it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE) [2007/2202(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Elizabeth Lynne (A6-0159/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
Philip Bushill-Matthews f'isem il-Grupp PPE-DE, talab li jkun hemm votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet għall-emenda 4 (6) u l-emenda 12. (Il-President qal li ma kellu l-ebda oġġezzjoni biex tkun ikkunsidrata din it-talba);
Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, ipproponiet emenda orali li għandha l-għan li tinkludi paragrafu ġdid 3a, li ma nżammitx, peress li iktar minn 40 Membru ma qablux li tiġi kkunsidrata;
Richard Howitt dwar it-talba ta' Philip Bushill-Matthews.
8.14. Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea (votazzjoni)
Rapport dwar il-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea [2008/2009(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Willi Piecyk (A6-0163/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, skond l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Rapport Sergio Berlato - A6-0164/2008: Czesław Adam Siekierski, Zuzana Roithová, Katerina Batzeli
Rapport Bairbre de Brún - A6-0133/2008: James Nicholson
Rapport Anne Van Lancker - A6-0172/2008: Hubert Pirker, Czesław Adam Siekierski, Frank Vanhecke
Rapport Janusz Lewandowski - A6-0181/2008: Frank Vanhecke
Rapport Margie Sudre - A6-0158/2008: Madeleine Jouye de Grandmaison
Rapport Lasse Lehtinen - A6-0155/2008: Zuzana Roithová
Rapport Elizabeth Lynne - A6-0159/2008: Frank Vanhecke, Hubert Pirker, Zdzisław Zbigniew Podkański
Rapport Willi Piecyk - A6-0163/2008: Erik Meijer, Czesław Adam Siekierski.
10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00 )
PRESIDENT: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi-President
11. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
12. 'Kumpaniji tad-direttorju' foloz (per eżempju 'il-gwidi għall-ibliet Ewropej') (dibattitu)
Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb il-mistoqsija orali
Tkellmu: Simon Busuttil f'isem il-Grupp PPE-DE, Genowefa Grabowska f'isem il-Grupp PSE, Diana Wallis f'isem il-Grupp ALDE, Mairead McGuinness, Marian Harkin u Malcolm Harbour.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Richard Corbett, Marcin Libicki, Brian Crowley u Arlene McCarthy.
Tkellem Janez Lenarčič.
Id-dibattitu ngħalaq.
13. Kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq ***I - Aċċess għas-suq tas-servizzi tat-trasport tal-coaches u tax-xarabank (tfassil mil-ġdid) ***I - Aċċess għas-suq fil-ġarr ta' prodotti fit-toroq fi ħdan il-Komunità (riformulazzjoni) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq [COM(2007)0263 - C6-0145/2007 - 2007/0098(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău (A6-0087/2008)
Rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tat-trasport tal-coaches u x-xarabank (tfassil mil-ġdid) [COM(2007)0264 - C6-0147/2007 - 2007/0097(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Mathieu Grosch (A6-0037/2008)
Rapport dwar Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (riformulazzjoni) [COM(2007)0265 - C6-0146/2007 - 2007/0099(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Mathieu Grosch (A6-0038/2008)
Tkellmu: Radovan Žerjav (President fil-kariga tal-Kunsill) u Leonard Orban (Membru tal-Kummissjoni).
Silvia-Adriana Ţicău ippreżentat ir-rapport.
Mathieu Grosch ippreżenta r-rapporti tiegħu.
Tkellem Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE.
PRESIDENT: Gérard ONESTA Viċi-President
Tkellmu: Willi Piecyk f'isem il-Grupp PSE, Dirk Sterckx f'isem il-Grupp ALDE, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Erik Meijer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Johannes Blokland f'isem il-Grupp IND/DEM, Luca Romagnoli Membru mhux affiljat, Timothy Kirkhope, Inés Ayala Sender, Jeanine Hennis-Plasschaert, Jaromír Kohlíček, Dieter-Lebrecht Koch, Saïd El Khadraoui, Paweł Bartłomiej Piskorski, Jacky Hénin, Philip Bradbourn, Bogusław Liberadzki, Luis de Grandes Pascual, Rovana Plumb, Reinhard Rack, Gilles Savary, Ari Vatanen, Radovan Žerjav, Leonard Orban u Silvia-Adriana Ţicău.
Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
PRESIDENT: Luisa MORGANTINI Viċi-President
Tkellmu: Lívia Járóka f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, Viktória Mohácsi f'isem il-Grupp ALDE, Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp UEN, Roberto Musacchio f'isem il-Grupp GUE/NGL, Gerard Batten f'isem il-Grupp IND/DEM, Luca Romagnoli Membru mhux affiljat, Stefano Zappalà, Gianni Pittella, Marco Pannella, Elly de Groen-Kouwenhoven, Roberta Angelilli, Umberto Guidoni, Roberto Fiore, Mario Mauro, Adrian Severin, Milan Horáček, Mario Borghezio, Vito Bonsignore, Claudio Fava, Romano Maria La Russa, Csaba Sógor, Enrique Barón Crespo u Magda Kósáné Kovács.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Giuseppe Gargani, Ioan Mircea Paşcu, Renate Weber, László Tőkés u Giusto Catania.
Tkellmu: Vladimír Špidla, Luca Romagnoli dwar fatti personali, u Reinhard Rack dwar l-iżvolġiment tal-proċedura «catch the eye.»
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENT: Diana WALLIS Viċi-President
15. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0156/2008).
L-ewwel parti
Mistoqsija 29 (Linda McAvan):
Mariann Fischer Boel (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Linda McAvan.
Mistoqsija 30 (Johan Van Hecke):
Mariann Fischer Boel wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Johan Van Hecke, Andreas Mölzer u Jörg Leichtfried.
Mistoqsija 31 (Alain Hutchinson):
Mariann Fischer Boel wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Alain Hutchinson, Danutė Budreikaitė u Avril Doyle.
It-tieni parti
Mistoqsija 32 (Avril Doyle):
Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Avril Doyle, Paul Rübig u Justas Vincas Paleckis.
Mistoqsija 33 (Justas Vincas Paleckis):
Margot Wallström wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Justas Vincas Paleckis, Margarita Starkevičiūtė u Mairead McGuinness.
Mistoqsija 34 (Stavros Arnaoutakis):
Margot Wallström wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Stavros Arnaoutakis u Georgios Papastamkos.
Il-mistoqsijiet minn 35 sa 39 se jingħataw tweġiba bil-miktub.
Mistoqsija 40 (Manuel Medina Ortega):
Neelie Kroes (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Manolis Mavrommatis u Richard Corbett.
Mistoqsija 41 (Giovanna Corda):
Neelie Kroes wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Giovanna Corda u Danutė Budreikaitė.
Il-mistoqsijiet minn 42 sa 43 se jingħataw tweġiba bil-miktub.
Mistoqsija 44 (Bernd Posselt):
Mistoqsija 45 (Brian Crowley):
Mistoqsija 46 (Michl Ebner):
Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt u Brian Crowley.
Mistoqsija 47 (Dimitrios Papadimoulis):
Olli Rehn wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis u Bernd Posselt.
Mistoqsija 48 (Philip Claeys):
Olli Rehn wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Philip Claeys.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
PRESIDENT: Gérard ONESTA Viċi-President
16. Avviż mill-President
Fit-28 ta' Marzu 2008, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranea ddeċidiet li żżid b'erba' siġġijiet in-numru ta' Membri tagħha wara s-sħubija tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. In-numru ta' siġġijiet tal-Parlament issa żdied minn 45 għal 49.
17. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Catiuscia Marini saret Membru tal-Grupp PSE.
18. Kompożizzjoni tal-Parlament
Diamanto Manolakou ippreżenta r-riżenja mill-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-20 ta' Mejju 2008.
B'konformitá ma' l-Artikolu 4 (1) u (7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-Parlament iddikjara l-post tiegħu vakanti filwaqt li informa lill-Istat Membru kkonċernat.
19. Għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita [COM(2007)0480 - C6-0257/2007 - 2007/0174(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Fiona Hall (A6-0077/2008)
Tkellem Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni).
Fiona Hall ippreżentat ir-rapport.
Tkellmu: Ruth Hieronymi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Jean-Pierre Audy f'isem il-Grupp PPE-DE, Catherine Trautmann f'isem il-Grupp PSE, Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nikolaos Vakalis, Atanas Paparizov u Anni Podimata.
Tkellem skond il-proċedura "catch the eye" Zdzisław Kazimierz Chmielewski.
Rapport dwar in-nisa u x-xjenza [2007/2206(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Britta Thomsen (A6-0165/2008)
Tkellem Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni).
Britta Thomsen ippreżentat ir-rapport.
Tkellmu: Den Dover (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Edit Bauer f'isem il-Grupp PPE-DE, Zita Gurmai f'isem il-Grupp PSE, Siiri Oviir f'isem il-Grupp ALDE, Hiltrud Breyer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Urszula Krupa f'isem il-Grupp IND/DEM, Zita Pleštinská u Lidia Joanna Geringer de Oedenberg.
PRESIDENT: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi-President
Tkellmu: Danutė Budreikaitė, Avril Doyle, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erna Hennicot-Schoepges, Gabriela Creţu u Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Małgorzata Handzlik, Miroslav Mikolášik, Monica Maria Iacob-Ridzi u Marios Matsakis.
21. Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tal-merkurju tal-metall u t-taħżin fis-siġurtà kollha ta' din is-sustanza ***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tal-merkurju tal-metall u t-taħżin fis-siġurtà kollha ta' din is-sustanza [11488/1/2007 - C6-0034/2008 - 2006/0206(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Dimitrios Papadimoulis (A6-0102/2008)
Dimitrios Papadimoulis ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Tkellem Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Martin Callanan f'isem il-Grupp PPE-DE, Miguel Angel Martínez Martínez f'isem il-Grupp PSE, Marios Matsakis f'isem il-Grupp ALDE, Carl Schlyter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Thomas Ulmer u Pilar Ayuso.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Milan Gaľa, Bogusław Liberadzki u Avril Doyle.
Tkellmu: Stavros Dimas, Dimitrios Papadimoulis u Avril Doyle.
22. It-titjib tal-prattiki ta' żmuntaġġ tal-bastimenti (Green Paper) (dibattitu)
Rapport dwar il-Green Paper dwar it-titjib tal-prattiki ta' żmuntaġġ tal-bastimenti [2007/2279(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Johannes Blokland (A6-0156/2008)
Johannes Blokland ippreżenta r-rapport.
Tkellem Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: David Hammerstein (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Robert Evans (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE-DE, Linda McAvan f'isem il-Grupp PSE, Marios Matsakis f'isem il-Grupp ALDE, Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eija-Riitta Korhola, Bogusław Liberadzki u Silvia-Adriana Ţicău.