Id-Dikjarazzjoni 0008/2008 ppreżentata mill-Membri Edite Estrela, Dorette Corbey u Adamos Adamou dwar il-mard rewmatiku ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skond l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 05.06.2008.