Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzoni tal-Kungress Messikan, immexxija mis-Senatur Guadarrama, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.
3. Id-data xjentifika dwar il-bidla fil-klima: konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb tat-teħid ta' deċiżjonijiet (dibattitu)
Rapport intermedju rigward id-data xjentifika dwar il-bidla fil-klima: konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb tat-teħid ta' deċiżjonijiet [2008/2001(INI)] - Kumitat temporanju dwar il-bidla fil-klima. Rapporteur: Karl-Heinz Florenz (A6-0136/2008)
Karl-Heinz Florenz ippreżenta r-rapport.
Tkellmu: Janez Podobnik (President fil-kariga tal-Kunsill) u Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Liam Aylward f'isem il-Grupp UEN, Jens Holm f'isem il-Grupp GUE/NGL, Johannes Blokland f'isem il-Grupp IND/DEM, Jana Bobošíková Membru mhux affiljata, Cristina Gutiérrez-Cortines, Guido Sacconi u Vittorio Prodi.
PRESIDENT: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi-President
Tkellmu: Caroline Lucas, Bogdan Pęk, Roberto Musacchio, Graham Booth, Roger Helmer, Markus Pieper, Dorette Corbey, Lena Ek, Dimitrios Papadimoulis, Jerzy Buzek, Riitta Myller, Avril Doyle, Agnes Schierhuber u Valdis Dombrovskis.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Romana Jordan Cizelj, Csaba Sándor Tabajdi, Anneli Jäätteenmäki, Péter Olajos, Silvia-Adriana Ţicău, Miroslav Mikolášik, Anni Podimata u Marios Matsakis.
Tkellmu: Janez Podobnik, Stavros Dimas u Karl-Heinz Florenz.
4. Rapport ta' l-2007 dwar il-progress miksub mit-Turkija (dibattitu)
Rapport dwar ir-rapport ta' l-2007 dwar il-progress miksub mit-Turkija [2007/2269(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ria Oomen-Ruijten (A6-0168/2008)
Ria Oomen-Ruijten ippreżentat ir-rapport.
PRESIDENT: Martine ROURE Viċi-President
Tkellmu: Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) u Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Emine Bozkurt (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Giorgos Dimitrakopoulos f'isem il-Grupp PPE-DE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE, Alexander Lambsdorff f'isem il-Grupp ALDE, Joost Lagendijk f'isem il-Grupp Verts/ALE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp UEN, Vittorio Agnoletto f'isem il-Grupp GUE/NGL, Georgios Georgiou f'isem il-Grupp IND/DEM, Philip Claeys Membru mhux affiljat, Werner Langen, Jan Marinus Wiersma, Andrew Duff, Cem Özdemir, Roberta Angelilli, Adamos Adamou, Bastiaan Belder, Sylwester Chruszcz, Jacques Toubon, Véronique De Keyser, István Szent-Iványi, Mogens Camre, Ioannis Kasoulides, Maria Eleni Koppa, Marios Matsakis, Mario Borghezio, Francisco José Millán Mon, Béatrice Patrie, Gunnar Hökmark, Richard Howitt, Elmar Brok, Emilio Menéndez del Valle, Vural Öger u Evgeni Kirilov.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Reinhard Rack, Pierre Pribetich, Zbigniew Zaleski, Joel Hasse Ferreira u Panayiotis Demetriou.
Tkellmu: Janez Lenarčič, Olli Rehn u Ria Oomen-Ruijten.
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet, fl-anness għall-minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Tkellmu: Struan Stevenson, dwar l-istrajk tal-mezzi ta' trasport li se jsir għada fi Franza u l-konsegwenzi ta' l-istrajks fuq il-ħidma tal-Membri Parlamentari. (Il-President qal li l-Membri Parlamentari se jinżammu infurmati mill-amministrazzjoni dwar il-miżuri li se jittieħdu), u Daniel Cohn-Bendit dwar l-eżerċitar tad-dritt ta' l-istrajkjar .
5.1. Il-Kalendarju tas-Sessjonijiet ta' l- 2009 (votazzjoni)
Il-kalendarju tas-Sessjonijiet tal-Parlament Ewropew - 2009: ara l-proposti Konferenza tal-Presidenti (punt 16 tal- Minuti ta' 19.05.2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Il-kalendarju tas-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew għall-2009 huwa stabbilit kif ġej:
mit-12 sal-15 ta' Jannar
mit-2 sal-5 ta' Frar
it-18 u d-19 ta' Frar
mid-9 sat-12 ta' Marzu
mit- 23 sas- 26 ta' Marzu
l-1 u t- 2 ta' April
mill-21 sa l-24 ta' April
mill- 4 sas-7 ta' Mejju
mill-14 sas-16 ta' Lulju
mill-14 sas-17 ta' Settembru
is-7 u t- 8 ta' Ottubru
mid-19 sat-22 ta' Ottubru
il-11 u t-12 ta' Novembru
mit-23 sas-26 ta' Novembru
mill-14 sas-17 ta' Diċembru
Tkellmu:
Joseph Daul ippropona emenda orali għall-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti (is-17 -il ġimgħa) biex is-sessjoni proposta mill-20 sat-23 ta' April tkun posposta b'ġurnata, u ssir mill-21 sa l-24 ta' April 2009.
Hannes Swoboda, f'isem il-Grupp PSE, appoġġja din il-proposta..
Il-Parlament adotta din l-emenda orali
Hartmut Nassauer talab preċiżazzjonijiet dwar id-data ta' l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss u l-ewwel sessjoni tal-Parlament wara dawn l-elezzjonijiet. (Il-President wieġbu li kien se jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Konferenza tal-Presidenti..
Daniel Cohn-Bendit dwar l-interventi preċedenti.
5.2. Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tal-merkurju tal-metall u t-taħżin fis-siġurtà kollha ta' din is-sustanza ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni tal-merkurju tal-metall u t-taħżin fis-siġurtà kollha ta' din is-sustanza [11488/1/2007 - C6-0034/2008 - 2006/0206(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Dimitrios Papadimoulis (A6-0102/2008)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL
Tkellem Dimitrios Papadimoulis (rapporteur) dwar l-emendi 37 u 41.
5.3. Il-ħarsien ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali [COM(2007)0051 - C6-0063/2007 - 2007/0022(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Hartmut Nassauer (A6-0154/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Tkellmu: Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill), Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni) u Hartmut Nassauer (rapporteur).
5.4. Investigazzjonijiet dwar l-istruttura ta' impriżi agrikoli u dwar il-metodi ta' produzzjoni agrikola ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-farms u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 [COM(2007)0245 - C6-0127/2007 - 2007/0084(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Gábor Harangozó (A6-0061/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
5.5. Kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq [COM(2007)0263 - C6-0145/2007 - 2007/0098(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău (A6-0087/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
Rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tat-trasport tal-coaches u x-xarabank (tfassil mil-ġdid) [COM(2007)0264 - C6-0147/2007 - 2007/0097(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Mathieu Grosch (A6-0037/2008)
Tkellmu:Hannes Swoboda, f'isem il-Grupp PSE, li- fuq il-bażi ta' l-Artikolu 170 (4), tar-Regoli ta' Proċedura – talab ir-rapport tal-votazzjoni ta' waħda miż-żewġ sessjonijiet li jmiss, u Mathieu Grosch (rapporteur) appoġġja din it-talba.
Il-Parlament wera l-qbil tiegħu għal din it-talba.
5.7. Aċċess għas-suq fil-ġarr ta' prodotti fit-toroq fi ħdan il-Komunità (riformulazzjoni) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (riformulazzjoni) [COM(2007)0265 - C6-0146/2007 - 2007/0099(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Mathieu Grosch (A6-0038/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
5.8. Għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita [COM(2007)0480 - C6-0257/2007 - 2007/0174(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Fiona Hall (A6-0077/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
Rapport dwar in-nisa u x-xjenza [2007/2206(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Britta Thomsen (A6-0165/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
5.11. It-titjib tal-prattiki ta' żmuntaġġ tal-bastimenti (Green Paper) (votazzjoni)
Rapport dwar il-Green Paper dwar it-titjib tal-prattiki ta' żmuntaġġ tal-bastimenti [2007/2279(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Johannes Blokland (A6-0156/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
5.12. Id-data xjentifika dwar il-bidla fil-klima: konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb tat-teħid ta' deċiżjonijiet (votazzjoni)
Rapport rigward id-data xjentifika dwar il-bidla fil-klima: konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb tat-teħid ta' deċiżjonijiet [2008/2001(INI)] - Kumitat temporanju dwar il-bidla fil-klima. Rapporteur: Karl-Heinz Florenz (A6-0136/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
Il-President ġibed l-attenzjoni li l-emendi 5, 11, 12, 13, 14 u 15 kienu ddikjarati mhux aċċettabbli u Jan Březina ikkontesta l-inaċċettabilitá ta' l-emenda 15. (Il-President ġibed l-attenzjoni li l-emendi setgħu jerġgħu jitressqu fil-mument tal-votazzjoni dwar ir-rapport prinċipali dwar is-suġġett).
5.13. Rapport ta' l-2007 dwar il-progress miksub mit-Turkija (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rapport ta' l-2007 dwar il-progress miksub mit-Turkija [2007/2269(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Ria Oomen-Ruijten (A6-0168/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
Alexander Lambsdorff ippreżenta emenda orali għall-paragrafu 11, li ġiet aċċettat;
Ria Oomen-Ruijten (rapporteur) ippreżenta emenda orali għall-paragrafu 19, li ġiet aċċettata.
6. Mard Rewmatiku (dikjarazzjoni bil-miktub)
Id-Dikjarazzjoni 0008/2008 ppreżentata mill-Membri Edite Estrela, Dorette Corbey u Adamos Adamou dwar il-mard rewmatiku ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skond l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 05.06.2008.
PRESIDENT: Mario MAURO Viċi-President
7. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, skond l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Kalendarju tas-sessjonijiet parzjali ta' l-2009: Toomas Savi u Bernd Posselt
Rapport Dimitrios Papadimoulis - A6-0102/2008: Fiona Hall u Lojze Peterle
Rapport Hartmut Nassauer - A6-0154/2008: Zuzana Roithová, Roger Helmer, Syed Kamall, Giuseppe Gargani u Bogusław Sonik
Rapport Fiona Hall - A6-0077/2008: Zuzana Roithová u Syed Kamall
Rapport Karl-Heinz Florenz - A6-0136/2008: Miroslav Ouzký, Jan Březina, Zita Pleštinská, Czesław Adam Siekierski, Kurt Joachim Lauk u Roger Helmer
Rapport Ria Oomen-Ruijten - A6-0168/2008: Dimitar Stoyanov, Frank Vanhecke, Zuzana Roithová, Czesław Adam Siekierski, Bernd Posselt, Albert Deß u Marusya Ivanova Lyubcheva
8. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Ewa Tomaszewska qal li s-sistema tiegħu ta' votazzjoni ma ħadmitx meta saret il-votazzjoni dwar l-emenda 11 tar-rapport. Silvia-Adriana Ţicău - A6-0087/2008.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.50 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00 )
PRESIDENT: Diana WALLIS Viċi-President
9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
10. Sitwazzjoni traġika f'Burma (dibattitu)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Sitwazzjoni traġika f'Burma
Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) u Louis Michel (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: Hartmut Nassauer f'isem il-Grupp PPE-DE, Jan Marinus Wiersma f'isem il-Grupp PSE, Jules Maaten f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Brian Crowley f'isem il-Grupp UEN, Jim Allister Membru mhux affiljat, Urszula Gacek, Libor Rouček, Marios Matsakis, Frithjof Schmidt, Hanna Foltyn-Kubicka, Colm Burke, Thijs Berman, Thomas Mann, Ana Maria Gomes, Laima Liucija Andrikienė, Józef Pinior, Alessandro Battilocchio u Neena Gill.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Mario Mauro, Tunne Kelam u Glyn Ford.
Tkellmu: Janez Lenarčič u Louis Michel.
PRESIDENT: Luisa MORGANTINI Viċi-President
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Pasqualina Napoletano, Glenys Kinnock, Giovanna Corda u Ana Maria Gomes f'isem il-Grupp PSE, dwar is-sitwazzjoni traġika fil-Burma (B6-0244/2008)
- Geoffrey Van Orden, Hartmut Nassauer, Urszula Gacek, Laima Liucija Andrikienė, Colm Burke u Thomas Mann f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar is-sitwazzjoni traġika f'Burma (B6-0245/2008)
- Daniel Cohn-Bendit, Frithjof Schmidt, Hélène Flautre, Margrete Auken, Raül Romeva i Rueda, Angelika Beer, Alyn Smith u Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni traġika f'Burma (B6-0246/2008)
- Gintaras Didžiokas, Adam Bielan, Ryszard Czarnecki u Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, dwar il-Burma/Mjanmar (B6-0247/2008)0247/08
- Roberto Musacchio f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni traġika f'Burma/Mjanmar (B6-0248/2008)
- Thierry Cornillet, Marielle De Sarnez u Elizabeth Lynne f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni traġika f'Burma (B6-0249/2008)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Diżastru Naturali fiċ-Ċina
Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) u Louis Michel (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE, Libor Rouček f'isem il-Grupp PSE, Dirk Sterckx f'isem il-Grupp ALDE, Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp UEN, Patrick Louis f'isem il-Grupp IND/DEM, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Edite Estrela, Bastiaan Belder, Cornelis Visser, Alexandra Dobolyi, Glyn Ford, Józef Pinior, Csaba Sándor Tabajdi u Genowefa Grabowska.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Colm Burke, Bogdan Golik u Zbigniew Zaleski.
Tkellmu: Janez Lenarčič u Louis Michel.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Georg Jarzembowski, Jean-Luc Dehaene, Cornelis Visser u Jas Gawronski f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar id-diżastru naturali fiċ-Ċina (B6-0242/2008),
- Adam Bielan, Ryszard Czarnecki, Marcin Libicki u Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, dwar it-terremot fiċ-Ċina (B6-0250/2008)
- Daniel Cohn-Bendit, Monica Frassoni, Helga Trüpel, Eva Lichtenberger, Claude Turmes, Milan Horáček, Raül Romeva i Rueda u Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, sur id-diżastru naturali fiċ-Ċina (B6-0251/2008),
- Jiří Maštálka u Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar it-terremot fiċ-Ċina (B6-0252/2008)
- Dirk Sterckx, Thierry Cornillet u Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, id-diżastru naturali fiċ-Ċina (B6-0253/2008),
- Hannes Swoboda, Pasqualina Napoletano u Alexandra Dobolyi f'isem il-Grupp PSE, dwar id-diżastru naturali fiċ-Ċina (B6-0270/2008).
12. Trattat Dinji bil-għan li jiġu pprojbiti l-armi ta' l-uranju (dibattitu)
Mistoqsija orali (O-0029/2008/rev) mressqa minn Elly de Groen-Kouwenhoven, Angelika Beer u Caroline Lucas f'isem il-Grupp Verts/ALE, Luisa Morgantini f'isem il-Grupp GUE/NGL, Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE, Ana Maria Gomes f'isem il-Grupp PSE,Ģirts Valdis Kristovskis f'isem il-Grupp UEN, Karl von Wogau u Stefano Zappalà f'isem il-Grupp PPE-DE, lill-Kunsill: Trattat globali li jipprojbixxi l-armi ta' l-uranju (B6-0153/2008)
Mistoqsija orali (O-0030/2008/rev) mressqa minn Elly de Groen-Kouwenhoven, Angelika Beer u Caroline Lucas f'isem il-Grupp Verts/ALE, Luisa Morgantini f'isem il-Grupp GUE/NGL, Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE, Ana Maria Gomes f'isem il-Grupp PSE,Ģirts Valdis Kristovskis f'isem il-Grupp UEN, Karl von Wogau u Stefano Zappalà f'isem il-Grupp PPE-DE, lill-Kummissjoni: Trattat globali li jipprojbixxi l-armi ta' l-uranju (B6-0154/2008)
Elly de Groen-Kouwenhoven, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Ana Maria Gomes, Ģirts Valdis Kristovskis u Stefano Zappalà għamlu l-mistoqsijiet orali.
Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija (B6-0153/2008).
Louis Michel (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija (B6-0154/2008).
PRESIDENT: Adam BIELAN Viċi-President
Tkellmu: Jana Hybášková f'isem il-Grupp PPE-DE, Elizabeth Lynne f'isem il-Grupp ALDE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp UEN, Tobias Pflüger f'isem il-Grupp GUE/NGL, Luca Romagnoli Membru mhux affiljat, u Luisa Morgantini (awtriċi).
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Janusz Onyszkiewicz, Roberto Fiore u Gerard Batten.
Tkellmu: Janez Lenarčič u Louis Michel.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 108 (5):
- Annemie Neyts-Uyttebroeck u Elizabeth Lynne f'isem il-Grupp ALDE, dwar armi ta’ l-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent - lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta' dawn l-armi (B6-0219/2008),
- Elly de Groen-Kouwenhoven, Caroline Lucas u Angelika Beer f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-armi ta’ l-uranju (imdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent - lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta’ armi bħal dawn (B6-0220/2008),
- Stefano Zappalà, Karl von Wogau, Urszula Gacek, Jana Hybášková u Árpád Duka-Zólyomi f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar armi bl-uranju mdgħajjef (B6-0223/2008),
- Ģirts Valdis Kristovskis u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, dwar l-armi ta’ l-uranju (mdgħajjef) u l-effetti tagħhom fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent - lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta’ armi bħal dawn (B6-0224/2008),
- Ana Maria Gomes f'isem il-Grupp PSE, dwar armi ta' l-uranju mdgħajjef u l-effett tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent - lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta’ armi ta' dan it-tip (B6-0227/2008),
- Tobias Pflüger, Willy Meyer Pleite u Adamos Adamou f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-armi ta’ l-uranju (imdgħajjef) u l-effett tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent - lejn projbizzjoni globali fuq l-użu ta’ armi bħal dawn (B6-0230/2008).
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-mistoqsijiet: 17.35 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 18.00 )
PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS Viċi-President
13. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)
Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0156/2008).
Mistoqsija 1 (Manuel Medina Ortega): Diskriminazzjoni relatata mal-passaporti ta' l-Unjoni Ewropea.
Janez Lenarčič (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega u Reinhard Rack.
Mistoqsija 2 (Avril Doyle): Ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Avril Doyle, Marian Harkin u Jim Allister.
Mistoqsija 3 (Colm Burke): Negozjati ma' l-ex Repubblika Yugożlava tal-Maċedonja għall-adeżjoni ma' l-UE
Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Colm Burke.
Il-mistoqsija 4 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.
Mistoqsija 5 (Gay Mitchell): Il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtá Internazzjonali.
Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Gay Mitchell u Carlos Carnero González.
Mistoqsija 6 (Jim Higgins): Protezzjoni effettiva tal-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea
Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Jim Higgins u Reinhard Rack.
Mistoqsija 7 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Il-ġlieda kontra l-faqar
Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou u Emanuel Jardim Fernandes.
Janez Lenarčič wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Richard Howitt (flok l-awtur), Zita Pleštinská u David Martin.
Tkellem Bernd Posselt dwar l-ippjanar tal-ħin tal-mistoqsijiet fuq il-bażi ta' l-orarji tal-Kunsill (Il-President se jressaq din l-osservazzjoni lill-Konferenza tal-Presidenti ), u Janez Lenarčič dwar dan l-intervent.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.05 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
PRESIDENT: Marek SIWIEC Viċi-President
14. Verifika tas-setgħat
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonferma l-mandati tal-Membri Parlamentari Jan Cremers, Hanne Dahl b'seħħ mit-30.04.2008 u 09.05.2008 rispettivament.
15. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Fuq talba tal-gruppi PSE, ALDE, UEN, Verts/ALE u IND/DEM, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:
Kumitat AGRI: László Tőkés
Kumitat LIBE: Catherine Boursier, Fabio Ciani
Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: Bernard Wojciechowski minflok Witold Tomczak
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewromediterranja: Catherine Boursier, Adrian Severin
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ewropa: Salvatore Tatarella.
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Kroazja:Viktória Mohácsi minflok Vittorio Prodi
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Afrika t'Isfel: Vittorio Prodi
16. Reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-politika industrijali: kontribut għall-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet (dibattitu)
Rapport dwar Reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-politika industrijali: kontribut għall-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet [2007/2257(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Romana Jordan Cizelj (A6-0167/2008)
Romana Jordan Cizelj ippreżentat ir-rapport.
Tkellem Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Jerzy Buzek f'isem il-Grupp PPE-DE, Silvia-Adriana Ţicău f'isem il-Grupp PSE, Jorgo Chatzimarkakis f'isem il-Grupp ALDE, Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Lambert van Nistelrooij, Bogusław Liberadzki, Danutė Budreikaitė, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk u Ilda Figueiredo.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Andrzej Jan Szejna, Czesław Adam Siekierski, Silvia-Adriana Ţicău u Bogusław Liberadzki.
17. REACH (Abbozz ta' Regolament li jistabbilixxi metodi ta' testijiet) (dibattitu)
Mistoqsija orali (O-0055/2008) mressqa minnGuido Sacconi, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-Abboz ta' Regolament REACH li jistipula Metodi ta' Testijiet (B6-0158/2008)
Guido Sacconi għamel il-mistoqsija orali.
Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija orali
Tkellmu: Thomas Ulmer f'isem il-Grupp PPE-DE, u Satu Hassi f'isem il-Grupp Verts/ALE.
Tkellem skond il-proċedura "catch the eye" Marios Matsakis.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Guido Sacconi, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (B6-0237/2008).
18. Strateġija ġdida tas-Saħħa ta' l-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) (dibattitu)
Rapport Strateġija ġdida għas-Saħħa ta' l-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) [2007/2260(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Janusz Wojciechowski (A6-0147/2008)
Tkellmu: Esther De Lange f'isem il-Grupp PPE-DE, Rosa Miguélez Ramos f'isem il-Grupp PSE, Jan Mulder f'isem il-Grupp ALDE, Alyn Smith f'isem il-Grupp Verts/ALE, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk f'isem il-Grupp UEN, Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kathy Sinnott f'isem il-Grupp IND/DEM, Dimitar Stoyanov Membru mhux affiljat, Neil Parish, Csaba Sándor Tabajdi, Marios Matsakis, Ilda Figueiredo, Bastiaan Belder, Mairead McGuinness, Pilar Ayuso u Avril Doyle
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Andrzej Jan Szejna, Jim Allister u Czesław Adam Siekierski.
Tkellmu: Androula Vassiliou u Janusz Wojciechowski.
19. Strateġija dwar it-tielet laqgħa tal-partijiet għall-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubblliku għall-proċess ta' deċiżjoni u l-aċċess għall-ġustizja fil-qasam ta' l-ambjent (dibattitu)
Mistoqsija orali (O-0054/2008) imressqa minn Miroslav Ouzký, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-istrateġija tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tielet laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fir-rigward ta' Kwistjonijiet Ambjentali (B6-0157/2008)
Minħabba li l-awtur tal-mistoqsija orali ma kienx hemm, Il-President iddeċieda li ma jitrattax din il-mistoqsija
Tkellmu: dwar din id-deċiżjoni Marios Matsakis, Eija-Riitta Korhola, Inés Ayala Sender u Androula Vassiliou, Membru tal-Kommissjoni, li aċċetta li jagħti tweġiba bil-miktub għal din il-mistoqsija orali.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta ta' l-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 406.218/OJJE).