10. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0063/2008) mressqa minn Philippe Morillon, f'isem il-Kumitat PECH, lill-Kunsill: Il-kriżi tas-settur tas-sajd bħala konsegwenza taż-żieda fil-prezz tal-fjuwil (B6-0162/2008),
- (O-00642008) mressqa minn Philippe Morillon, f'isem il-Kumitat PECH, lill-Kummissjoni: Il-kriżi tas-settur tas-sajd bħala konsegwenza taż-żieda fil-prezz tal-fjuwil (B6-0163/2008),
- (O-00672008) mressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kunsill: It-tweġiba ta' l-UE għall-isfida tal-fondi sovrani (Sovereign Wealth Funds) (B6-0164/2008),
- (O-00682008) mressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: It-tweġiba ta' l-UE għall-isfida tal-fondi sovrani (Sovereign Wealth Funds) (B6-0165/2008)
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) :
- Adrian Severin dwar il-prevenzjoni ta' żieda fir-razziżmu u l-ksenofobija fl-Unjoni Ewropea (0052/2008),
- Daniel Strož dwar il-bżonn li jkun standardizzat il-Kodiċi tal-'Highway' fl-Istati Membri ta' l-UE (0053/2008),
- Ilda Figueiredo u Pedro Guerreiro dwar l-iffissar tal-prezzijiet tal-fjuwil (0054/2008),
- Hanne Dahl, Carl Schlyter u Johannes Blokland dwar il-possibilità li jinqalbu l-10% għanijiet għall-bijofjuwils f'enerġija sostenibbli (0055/2008),
- Angelika Niebler, Stefano Zappalà, Patrizia Toia, Françoise Grossetête u Cristina Gutiérrez-Cortines dwar is-sinifikat tal-professjonijiet liberali għall-Ewropa (0056/2008).