Talba tal-Kunsill għat-twettiq tal-proċedura ta' urġenza (Artikolu 134 tar-Regoli ta' Proċedura) għal:
- * Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta' sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta' Awissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2012 [COM(2008)0243 - C6-0199/2008 - 2008/0093(CNS)] - Kumitat PECH
Tkellem Philippe Morillon (President tal-Kumitat PECH).
It-talba għal proċedura ta' urġenza ġiet irrifjutata.