Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0281(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0162/2008

Testi mressqa :

A6-0162/2008

Dibattiti :

PV 16/06/2008 - 19
CRE 16/06/2008 - 19

Votazzjonijiet :

PV 17/06/2008 - 7.20
CRE 17/06/2008 - 7.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0282

Minuti
It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu

7.20. Reviżjoni tad-direttiva ta' qafas dwar l-iskart ***II (votazzjoni)
Rapporti Verbatim

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Diċembru 2007 bil-għan li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi [11406/4/2007 - C6-0056/2008 - 2005/0281(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Caroline Jackson (A6-0162/2008)

(Maġġoranza kwalifikata)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 20)

Tkellmu: Godfrey Bloom, li, skond l-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura, qajjem il-kwistjoni dwar l-interessi finanzjarji tar-rapporteur fis-sitwazzjoni diskussa, Caroline Jackson (rapporteur), li tat dettalji dwar il-kwistjoni, u Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE, li, mingħajr ma daħlet fil-kwistjoni partikolari mqajma hawnhekk, tqis li l-Parlament irid jiżviluppa regolazzjoni aħjar fir-rigward tal-kunflitti ta' interessi.

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

Dikjarata approvata kif emendata (P6_TA(2008)0282)

Tkellmu:

Daniel Hannan dwar il-proċess tal-votazzjoni;

John Bowis wera d-dubji tiegħu dwar l-adozzjoni ta' l-Emenda 27 u talab li terġa' ssir il-votazzjoni (Il-President qabel ma' din it-talba) u dwar il-proċedura tal-votazzjoni li għalhekk segwiet, Daniel Cohn-Bendit, Hannes Swoboda, Paul Marie Coûteaux, Bernard Lehideux, dan ta' l-aħħar dwar l-apparat tal-votazzjoni tiegħu li ma ħadimx sew, u Guido Sacconi.

Avviż legali - Politika tal-privatezza