20. Corrigendum (Artikolu 204a tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat responsabbli kkoreġa l-iżbalji li ġejjin f'test appruvat mill-Parlament Ewropew:
- Corrigendum għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata ma' l-ewwel qari fil-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-adozzjoni ta' Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tireostatika u ta’ beta-agonists - P6_TA-PROV(2008)0251 - (COM(2007)0292 - C6-0154/2007 - 2007/0102(COD)) - ENVI
Skond l-Artikolu 204a(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies appruvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.
Il-corrigendum huwa disponibbli fuq is-sit Séance en direct.