22. Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar ix-xogħol tal-Plenarja (dibattitu)
Rapport dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar ix-xogħol tal-Plenarja u r-rapporti fuq inizjattiva proprja [2007/2272(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0197/2008)
Richard Corbett ippreżenta r-rapport.
Tkellem Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: József Szájer f'isem il-Grupp PPE-DE, Jo Leinen f'isem il-Grupp PSE, Andrew Duff f'isem il-Grupp ALDE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hanne Dahl f'isem il-Grupp IND/DEM, Jim Allister Membru mhux affiljat, Costas Botopoulos u Gerard Batten.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf u Íñigo Méndez de Vigo.