Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha laqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien mill-Armata Kolombjana fit-2 ta' Lulju 2008, ta' Ingrid Betancourt u erbatax-il ostaġġ ieħor minn idejn il-FARC. Hu qal li bagħat l-awgurju tal-Parlament Ewropew lill-poplu, lill-gvern u lill-armata tal-Kolombja, u ħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet terroristiċi, inkluża l-FARC, sabiex iċedu l-armi u jeħilsu lill-ostaġġi kollha li għadhom maqbuda.
° ° ° °
Il-President ta merħba lil Jean-Pierre Jouyet Segretarju ta' l-Istat Franċiż inkarigat mill-Affarijiet Ewropej, u jilqa' l-preżenza tal-President fil-kariga tal-Kunsill għall-ewwel darba fis-seduta tat-Tnejn.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet Rumeni kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Flaviu Călin Rus minflok Sorin Frunzăverde bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 24.06.2008.
Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tiegħu għadhom ma ġewx ivverifikati jew lanqas għadha ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Flaviu Călin Rus ħa postu fil-Parlament u fl-organi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha tiegħu, bil-kundizzjoni li qabel iffirma dikjarazzjoni li hu ma jwettaq l-ebda funzjoni li mhix kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
5. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Maria Grazia Pagano ngħaqdet mal-Grupp PSE.
6. Verifika tas-setgħat
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonferma l-mandati tal-Membri Fabio Ciani, Roberto Fiore, Catiuscia Marini u Iva Zanicchi b'seħħ mis-16.05.2008, Catherine Boursier b'seħħ mit-18.05.2008, Sebastiano Sanzarello b'seħħ mit-22.05.2008, Konstantinos Droutsas b'seħħ mit-03.06.2008, u Rapisardo Antinucci u Domenico Antonio Basile b'seħħ mis-17.06.2008.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-gruppi PSE u ALDE:
Kumitat ECON: Rapisardo Antinucci
Kumitat REGI: Rapisardo Antinucci u Maria Grazia Pagano
Kumitat PECH: Maria Grazia Pagano
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Afrika t'Isfel: Marielle De Sarnez m'għadhiex membru.
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sa l-approvazzjoni ta' din l-Aġenda.
8. Iffirmar ta' l-atti adottati b'kodeċiżjoni.
Il-President għarraf li flimkien mal-President tal-Kunsill, fit-30.06.2008, iffirma l-att li ġej u li ġie adottat b'kodeċiżjoni:
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (03637/2008/LEX - C6-0249/2008 - 2007/0174(COD))
° ° ° °
Il-President għarraf li flimkien mal-President tal-Kunsill u skond l-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura, nhar l-Erbgħa huwa ser jipproċedi bl-iffirmar ta' l-atti li ġejjin u li ġew adottati b'kodeċiżjoni:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta' l-istatistika dwar l-akkwakultura u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 (03606/2008/LEX - C6-0260/2008 - 2006/0286(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi assigurata l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (03616/2008/LEX - C6-0261/2008 - 2006/0290(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (03612/2008/LEX - C6-0262/2008 - 2007/0032(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri relatati ma' l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi stat Membru ieħor u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (03613/2008/LEX - C6-0263/2008 - 2007/0028(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (03614/2008/LEX - C6-0264/2008 - 2007/0029(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (03615/2008/LEX - C6-0265/2008 - 2007/0030(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta' riċerka u żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp. (03623/2008/LEX - C6-0266/2008 - 2007/0188(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta' riċerka u żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien permezz ta' l-użu ta' Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni Ġodda (03618/2008/LEX - C6-0267/2008 - 2007/0116(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (03630/2007/LEX - C6-0268/2008 - 2004/0287(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (03636/2008/LEX - C6-0269/2008 - 2004/0156(COD)).
9. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-kumitati parlamentari
1.1) rapporti:
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshares, prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien, bejgħ mill-ġdid u skambju (COM(2007)0303 - C6-0159/2007 - 2007/0113(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Toine Manders (A6-0195/2008)
- Rapport dwar emenda għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar il-ħidma tar-rapporti Plenarji u r-rapporti ta' inizjattiva (2007/2272(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Richard Corbett (A6-0197/2008)
- Rapport dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew rigward l-approvazzjoni tal-Kummissjoni (2007/2128(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Andrew Duff (A6-0198/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’humiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (COM(2007)0439 - C6-0289/2007 - 2007/0152(CNS)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Jean Lambert (A6-0209/2008)
- * Rapport dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-UN/ECE ta' l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (COM(2008)0132 - C6-0161/2008 - 2008/0052(CNS)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Bogusław Sonik (A6-0221/2008)
- Rapport dwar id-difiża tal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew quddiem il-qrati nazzjonali (2007/2205(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Giuseppe Gargani (A6-0222/2008)
- Rapport dwar l-irwol ta’ l-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarju Ewropea (2007/2027(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0224/2008)
- Rapport dwar l-impatt ambjentali tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass ippjanata fil-Baħar Baltiku biex tgħaqqad ir-Russja mal-Ġermanja (Petizzjonijiet 0614/2007u 0952/2007) (2007/2118(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Marcin Libicki (A6-0225/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut ta’ l-Anness XI (COM(2006)0007 - C6-0029/2006 - 2006/0008(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Emine Bozkurt (A6-0229/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-VAT 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2007)0677 - C6-0433/2007 - 2007/0238(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Dariusz Rosati (A6-0232/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm għall-Modernizzazzjoni ta' l-Istatistika Ewropea ta' l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS) (COM(2007)0433 - C6-0234/2007 - 2007/0156(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Christoph Konrad (A6-0240/2008)
- Rapport dwar ir-rapport annwali ta' l-ECB (il-Bank Ċentrali Ewropew) għall-2007 (2008/2107(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Olle Schmidt (A6-0241/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward ta' l-Artikolu 6(2) dwar it-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi (COM(2008)0211 - C6-0165/2008 - 2008/0081(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Johannes Blokland (A6-0244/2008)
- * Rapport dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (COM(2006)0752 - C6-0089/2008 - 2006/0251(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ewa Klamt (A6-0246/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra ta’ l-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta’ talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (COM(2006)0754 - C6-0090/2008 - 2006/0252(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ewa Klamt (A6-0247/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzata (COM(2007)0709 - C6-0418/2007 - 2007/0243(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Timothy Kirkhope (A6-0248/2008)
- Rapport dwar l-ispazju u s-sigurtà (2008/2030(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Karl Von Wogau (A6-0250/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-modalitajiet ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' l-iskemi ta' sigurtà soċjali (COM(2006)0016 - C6-0037/2006 - 2006/0006(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Jean Lambert (A6-0251/2008)
- Rapport dwar ‘Towards a new culture of urban mobility’ (2008/2041(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Reinhard Rack (A6-0252/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament li jemenda (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali (COM(2007)0532 - C6-0319/2007 - 2007/0199(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Atanas Paparizov (A6-0253/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehima li ġġedded il-Ftehima dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja (16681/2007 - C6-0073/2008 - 2007/0207(CNS)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Christian Ehler (A6-0254/2008)
- Rapport dwar il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija (COM(2007)0723 - 2008/2005(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Jerzy Buzek (A6-0255/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/55/KE rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (COM(2007)0529 - C6-0317/2007 - 2007/0196(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Romano Maria La Russa (A6-0257/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq, għal dak li għandu x’jaqsam mal-ħiliet ta’ twettiq mogħtija lill-Kummissjoni – Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (COM(2007)0778 - C6-0451/2007 - 2007/0269(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Georg Jarzembowski (A6-0258/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2008)0105 - C6-0088/2008 - 2008/0038(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Miroslav Ouzký (A6-0259/2008)
- Rapport dwar ir-''Reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010'' (COM(2007)0314 - 2007/2252(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Frédérique Ries (A6-0260/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein (COM(2006)0753 - C6-0091/2008 - 2006/0257(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ewa Klamt (A6-0261/2008)
- Rapport dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja 2009 (2008/2025(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jutta Haug (A6-0262/2008)
- Rapport b'mozzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet ta' l-UE għat-63 Sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2008/2111(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff (A6-0265/2008)
- Rapport dwar id-dokument tal-Kummissjoni ta' l-2007 dwar l-istrateġija għat-tkabbir (2007/2271(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A6-0266/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża fir-rigward tan-numerar tal-viża (COM(2008)0188 - C6-0187/2008 - 2008/0074(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Gérard Deprez (A6-0268/2008)
- Rapport dwar l-Istabbilizzazzjoni ta' l-Afganistan: sfidi għall-UE u għall-komunità internazzjonali (2007/2208(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: André Brie (A6-0269/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda r-Regolament KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li tistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (COM(2008)0247 - C6-0208/2008 - 2008/0088(CNS)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Neil Parish (A6-0270/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (COM(2008)0308 - C6-0200/2008 - 2008/0095(COD)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0271/2008)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Witold Tomczak (2008/2078(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0277/2008)
- * Rapport dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta' sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta' Awissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2012 (COM(2008)0243 - C6-0199/2008 - 2008/0093(CNS)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Carmen Fraga Estévez (A6-0278/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta mmodifikata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0111 - C6-0127/2008 - 2006/0214(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Lidia Joanna Geringer De Oedenberg (A6-0290/2008)
1.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari:
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar enżimi ta' l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (16676/1/2007 - C6-0140/2008 - 2006/0144(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Avril Doyle (A6-0176/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE (16677/3/2007 - C6-0139/2008 - 2006/0147(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Mojca Drčar Murko (A6-0177/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta’ l-ikel (16673/2/2007 - C6-0138/2008 - 2006/0143(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Åsa Westlund (A6-0179/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta’ l-ikel (16675/2/2007 - C6-0141/2008 - 2006/0145(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Åsa Westlund (A6-0180/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jwaqqaf Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (Regolament ta' l-Aġenzija) (16138/3/2007 - C6-0131/2008 - 2006/0274(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0210/2008)
- ***II Abbozz ta' rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità (05058/3/2008 - C6-0177/2008 - 2006/0304(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Peter Liese (A6-0220/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (16133/3/2007 - C6-0129/2008 - 2006/0272(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0223/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità (riformulazzjoni) (16160/4/2007 - C6-0176/2008 - 2006/0130(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Arūnas Degutis (A6-0264/2008)
2) mill-Membri
2.1) mistoqsijiet bi tweġiba orali għall-ħin tal-mistoqsijiet (Artikolu 109 tar-Regoli ta' Proċedura) (B6-0168/2008))
2.2) mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Cristiana Muscardini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll ta' l-Unjoni Ewropea fuq prodotti farmaċewtiċi foloz (B6-0332/2008)
irreferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
INTA
- Marian Zlotea, Dragoş Florin David u Rareş-Lucian Niculescu. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħolqien ta' l-uffiċċju ta’ ombudsman Ewropew għad-drittijiet tat-tfal (B6-0333/2008)
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
PETI, FEMM
- Philip Claeys, Koenraad Dillen u Frank Vanhecke. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-iżbandament tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (B6-0345/2008)
irreferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
BUDG
2.3) proposti għal rakkomandazzjonijiet (Artikolu 114 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Panayiotis Demetriou, f'isem il-Grupp PPE-DE. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta' żona ta' l-UE ta' ġustizzja kriminali (B6-0335/2008)
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
JURI
10. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri:
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0040/2008) mressqa minn Luisa Morgantini, Hélène Flautre, Richard Howitt, Thijs Berman, Kyriacos Triantaphyllides, Proinsias De Rossa, Pasqualina Napoletano, Margrete Auken, Jean Lambert, Marios Matsakis, David Hammerstein, Jill Evans, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Philippe Morillon, Chris Davies, Vincenzo Aita, Françoise Castex, Caroline Lucas, Antonio Masip Hidalgo, Alyn Smith, Ana Maria Gomes, Karin Scheele, Alain Hutchinson, Marco Cappato, John Bowis, Giovanni Berlinguer, Giusto Catania, Roberto Musacchio, Vittorio Agnoletto, Frieda Brepoels, Mauro Zani, Umberto Guidoni, Luigi Cocilovo, Linda McAvan, Alessandro Battilocchio, Nicholson of Winterbourne, Francis Wurtz, Tokia Saïfi, Edward McMillan-Scott, Emilio Menéndez del Valle, Ioannis Kasoulides, Véronique De Keyser, Kader Arif, Béatrice Patrie u Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, lill-Kunsill: Il-priġunieri Palestinjani fil-ħabsijiet Iżraeljani (B6-0166/2008),
- (O-0041/2008) mressqa minn Luisa Morgantini, Hélène Flautre, Richard Howitt, Thijs Berman, Kyriacos Triantaphyllides, Proinsias De Rossa, Pasqualina Napoletano, Margrete Auken, Jean Lambert, Marios Matsakis, David Hammerstein, Jill Evans, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Philippe Morillon, Chris Davies, Vincenzo Aita, Françoise Castex, Caroline Lucas, Antonio Masip Hidalgo, Alyn Smith, Ana Maria Gomes, Karin Scheele, Alain Hutchinson, Marco Cappato, John Bowis, Giovanni Berlinguer, Giusto Catania, Roberto Musacchio, Vittorio Agnoletto, Frieda Brepoels, Mauro Zani, Umberto Guidoni, Luigi Cocilovo, Linda McAvan, Alessandro Battilocchio, Nicholson of Winterbourne, Francis Wurtz, Tokia Saïfi, Edward McMillan-Scott, Emilio Menéndez del Valle, Ioannis Kasoulides, Véronique De Keyser, Kader Arif, Béatrice Patrie u Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, lill-Kummissjoni: Il-priġunieri Palestinjani fil-ħabsijiet Iżraeljani (B6-0167/2008),
- (O-0075/2008) mressqa minn Eva Lichtenberger, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan (EU OPS)/l-użu ta' sistemi ta' sikurezza għat-tfal (OPS 1.730) (B6-0169/2008),
- (O-0076/2008) mressqa minn Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Il-Ħolqien ta' bażi ta' data tal-marki tas-swaba tar-Roma fl-Italja (B6-0170/2008),
- (O-0077/2008) mressqa minn Giusto Catania f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Il-ħolqien ta' "database" tal-marki tas-swaba ta' persuni Roma fl-Italja (B6-0451/2008),
- (O-0078/2008) mressqa minn Jan Marinus Wiersma, Claudio Fava, Kristian Vigenin, Gianni Pittella, Adrian Severin u Katalin Lévai f'isem il-Grupp PSE, lill-Kummissjoni: Il-ħolqien ta' "database" tal-marki tas-swaba ta' persuni Roma fl-Italja (B6-0452/2008),
- (O-0080/2008) mressqa minn Viktória Mohácsi, Marco Cappato, Alexander Alvaro, Sophia in 't Veld, Sarah Ludford, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ignasi Guardans Cambó, Adina-Ioana Vălean, Renate Weber u Gérard Deprez f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Il-Ħolqien ta' bażi ta' data tal-marki tas-swaba' tar-Roma fl-Italja (B6-0453/2008)
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) :
- Daniel Strož, Jiří Maštálka u Jaromír Kohlíček dwar it-tneħħija tas-sanzjonijiet imposti fuq Kuba u t-twaqqif mill-ġdid ta' relazzjonijiet normali ma' dan il-pajjiż (0058/2008),
- Rareş-Lucian Niculescu dwar kif tingħata spinta lill-iffrankar ta' l-enerġija permezz tar-rijabilitazzjoni termika tad-djar (0059/2008),
- Urszula Krupa u Witold Tomczak dwar il-proposti tal-modifiki leġiżlattivi mressqa mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-tnaqqis ta' l-emissjoni tas-CO2 (0060/2008),
- Daciana Octavia Sârbu u Magor Imre Csibi dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' l-ispazji ħodor fl-Unjoni Ewropea (0061/2008),
- Bruno Gollnisch dwar il-libertà reliġjuża fl-Alġerija (0062/2008),
- Eluned Morgan, Robert Goebbels, Miloslav Ransdorf, Claude Turmes u Fiona Hall dwar kif jista’ jingħeleb il-faqar ta’ l-enerġija fl-Unjoni Ewropea (0063/2008).
11. Petizzjonijiet
Il-petizzjonijiet imsemmija hawn taħt, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn isfel, ġew mgħoddija lill-kumitat ikkonċernat skond l-Artikolu 191(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
Data: 17.06.2008
ta' Juan de Dios Ramírez-Heredia (Unión Romaní) (nru 0702/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0703/2008);
ta' Zornitza Timenova (nru 0704/2008);
ta' Hans Klein (nru 0705/2008);
ta' Vladimir Plachetka (nru 0706/2008);
ta' Dietmar Stutzer (nru 0707/2008);
ta' Heike Zander (nru 0708/2008);
ta' Juan García Sentandreu (Coalició Valenciana) (nru 0709/2008);
ta' Peter Downes (nru 0710/2008);
ta' Adolfo Pablo Lapi (nru 0711/2008);
ta' Pier Luigi Bucchi (Comitato Spontaneo di Cittadini "Per lo scalo passeggeri di porto corsini") (nru 0712/2008);
ta' Angel Herrero Madrazo (nru 0713/2008);
ta' Jozef Marzeta (nru 0714/2008);
ta' Zuzanna Alicja Wilkowska (nru 0715/2008);
ta' Luis Cerrillo Escudero (Ecologistas en Acción de Valencia) (nru 0716/2008);
ta' Francesco Lattuada (nru 0717/2008);
ta' Helmut Drossard (Die Linke (Stadtverband Frechen)) (nru 0718/2008);
ta' Tomasz Gajos (RSK PS NSZZ "Solidarność") (nru 0719/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0720/2008);
ta' S. F. Giuffrida (TGTEuropeORG) (nru 0721/2008);
ta' Philipp Bekaert (Cercle républicain (CRK asbl) u Plateforme européenne pour la République) (nru 0722/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0723/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0724/2008);
ta' Giovanni di Rienzo (2 firem) (nru 0725/2008);
ta' Kimmo Leino (nru 0726/2008);
ta' Mari Kristin Arat (nru 0727/2008);
ta' Karl Dworak (nru 0728/2008);
ta' Anastasios Goulis (NGO European Center Young South Europe) (nru 0729/2008);
ta' Silviu Timoftei (nru 0730/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0731/2008);
ta' Ilselore Lehn (nru 0732/2008);
ta' Constantin Stefan (nru 0733/2008);
ta' Ioannis Hatziioannou (nru 0734/2008);
ta' Remo Castagneri (154 firma) (nru 0735/2008);
ta' Imre Juhász J.D. (40000 firma) (nru 0736/2008);
Data: 26.06.2008
ta' Jānis Vaišļa (nru 0737/2008);
ta' Andreas Konstantinou (nru 0738/2008);
ta' Andrzej Jędruch (nru 0739/2008);
ta' Iryna Shershun (5 firem) (nru 0740/2008);
ta' Zbigniew Malinowski (nru 0741/2008);
ta' Hamdi Sari (SARL HALLEY) (nru 0742/2008);
ta' Johannes Rempel (nru 0743/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0744/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0745/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0746/2008);
ta' Paul Wolf (nru 0747/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0748/2008);
ta' Remco Bos (EU-claim BV) (nru 0749/2008);
ta' Erhard Schnabel (nru 0750/2008);
ta' C. Proctor (nru 0751/2008);
ta' Anneli Manner (2 firem) (nru 0752/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0753/2008);
ta' Adriana Tontsch (Hilfe für Wasserkopfkinder in Rumänien e.V.) (nru 0754/2008);
ta' Ottavio Carrisi (nru 0755/2008);
ta' Jana Schwarz (nru 0756/2008);
ta' Peter Burkhardt (nru 0757/2008);
ta' Xavier Montaña Segarra (nru 0758/2008);
ta' Yves Carraux (nru 0759/2008);
ta' Piotr Galka (nru 0760/2008);
Data: 27.06.2008
ta' Lorenzo Capitani (nru 0761/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0762/2008);
ta' Leandro Manuel Castello Puertas (Partido Andalucista) (nru 0763/2008);
ta' Geraldine Connolly (nru 0764/2008);
ta' Gonzalo Bernabé Peris Domingo (Agrupación de Interés Urbanístico Plan Parcial Sector Nou Manises) (nru 0765/2008);
ta' Horia Orasanu (nru 0766/2008);
ta' Anastasia Zavitsanou (nru 0767/2008);
ta' Sakthi Sreeram (nru 0768/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0769/2008);
ta' José Angel Cacín Barbero (nru 0770/2008);
ta' Roberta Van Dongen (nru 0771/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0772/2008);
ta' Laura Iacomino (nru 0773/2008);
ta' Maria Jesús Pérez Agorreta (departamento de Historia Antigua - UNED - Madrid) (nru 0774/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0775/2008);
ta' Victor Prodan (SC Prodan Impex Srl) (nru 0776/2008);
ta' Belkacem Lounes (Congrès Mondial Amazigh) (nru 0777/2008);
ta' Jorge Amaral (Amigos do Mar ta' Vila Nova ta' Gaia) (nru 0778/2008);
ta' Petri Salo (Human Rights of Finland) (nru 0779/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0780/2008);
ta' Tommi Johannes Räinä (nru 0781/2008);
ta' Gianpiero Cicoira (nru 0782/2008);
ta' James Harris (nru 0783/2008);
ta' Monika Poliwoda (nru 0784/2008);
ta' Julianna Kelevajda (Nincs neve, sajat ugye es a szegenyek ugye, vagyis ISTEN) (nru 0785/2008);
ta' Michael Schwingl (nru 0786/2008);
ta' Philipp Bergmann (nru 0787/2008);
ta' Jose Ramón García Fernández (Asociación de Enfermos de Crohn y Colitis ulcerosa) (nru 0788/2008);
ta' Jean Paul Guignot (nru 0789/2008);
ta' Joachim Hackenberg (nru 0790/2008);
ta' Christopher Stockwell (Names' Action for Compensation and defence in Europe) (nru 0791/2008);
Data: 03.07.2008
ta' Guadalupe de la Torre (nru 0792/2008);
ta' Gheorghe Dascalu (nru 0793/2008);
ta' Amerigo Rutigliano (nru 0794/2008);
ta' Nektaria Ntriva (nru 0795/2008);
ta' Antonios Chilakeas (nru 0796/2008);
ta' Lionel Richard Westell (nru 0797/2008);
ta' Maeike Kramer (Jubilee Campaign NL) (2847 firma) (nru 0798/2008);
ta' Dimitri Kyriakopoulos (Bureau d'avocats Dimitrios Kyriakopoulos et Associés) (2 firem) (nru 0799/2008);
ta' Saletta Aversa (nru 0800/2008);
ta' Riccardo Colaianni (Comitato Cittadino "No al muro-circonvallazione" di Palermo) (nru 0801/2008);
ta' Michael Wilding (nru 0802/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0803/2008);
ta' Davita' Mandarà (nru 0804/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0805/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0806/2008);
ta' (Bulgarian Atomic Forum) (nru 0807/2008);
ta' Michel Lagasse (nru 0808/2008);
ta' Frank Wullbrand (nru 0809/2008);
ta' Rainer Hoffmann (nru 0810/2008);
ta' Dimosthenis Balatsoukas (nru 0811/2008);
ta' Bruno Müllenhoff (nru 0812/2008);
ta' Brian John (nru 0813/2008);
ta' Ognian Kostadinov (nru 0814/2008);
ta' Christa Gehres (Verband Wohneigentum e.V.) (nru 0815/2008);
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 0816/2008);
ta' Matteo Coda (nru 0817/2008);
ta' Vladislav Petkov (Pakiv European Network) (nru 0818/2008);
12. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
- ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar koperazzjoni bejn l-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-drittijiet fundamentali u l-Kunsill ta’ l-Ewropa;
- protokoll addizzjonali tal-ftehim dwar il-kummerċ, l-iżvilupp u l-koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel, min-naħa l-oħra, sabiex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.
13. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
Skond l-Artikolu 116(5) tar-Regoli ta' Proċedura, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nru 0017, 0018, 0019, 0020, 0021, 0022/2008 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru ta' firem meħtieġ.
14. Ordni tas-seduta
Il-punt li jmiss kien l-ordni tas-seduta.
L-abbozz finali ta' l-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Lulju 2008 (PE 409.330/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-modifiki msemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):
Seduti ta' bejn 07.07.2008 u 10.07.2008
It-Tnejn, It-Tlieta, L-Erbgħa
- ma ġiet proposta l-ebda modifika
Il-Ħamis
Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat ta' dritt (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
Talba tal-Grupp PSE biex id-dibattitu dwar il-preżenza maħsuba ta' oqbra tal-massa fil-parti tal-Kashmir amministrata mill-Indja (punt 76 ta' l-Aġenda)
Tkellmu: Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, li ressaq it-talba u Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE.
Wara talba tal-Grupp Verts/ALE, Il-President ħabbar li se jressaq għal votazzjoni bis-sejħa ta' l-ismijiet, tat-talba tal-Grupp PSE, u Martin Schulz wera dubju dwar ir-regolarità ta' din il-proċedura (Il-President irrisponda li t-talba għas-sejħa ta' l-ismijiet ġiet preżentata bi qbil mar-regoli u għalhekk hija aċċettabbli).
Wara l-analiżi tat-talba ta' Martin Schulz, is-seduta ġiet sospiża għal xi ħin biex il-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jirkupraw id-dokument tal-votazzjoni, Il-President ressaq għall-votazzjoni it-talba għal modifika ta' l-aġenda preżentata mill-Grupp PSE.
Tkellmu: Hannes Swoboda, li talab li l-preżenza tal-Kunsill fis-seduta tat-Tnejn issir ir-regola, u Stavros Lambrinidis, li ilmenta dwar il-ħin li jitkellem allokat għad-dibattitu tal-Ħamis filgħodu dwar il-preżentazzjoni tal-programm tal-Presidenza Franċiża.
15. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skond l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura:
Margaritis Schinas, Gyula Hegyi, Toomas Savi, Bogusław Rogalski, László Tőkés, Pedro Guerreiro, Slavi Binev, Nickolay Mladenov, Katrin Saks, Milan Gaľa, Cristian Silviu Buşoi, Ryszard Czarnecki, Milan Horáček, Kristian Vigenin, Zita Pleštinská, Jaromír Kohlíček, Chris Davies, Jaroslav Zvěřina, Marian-Jean Marinescu, Neena Gill, Erna Hennicot-Schoepges, Silvia-Adriana Ţicău, Jules Maaten, Ewa Tomaszewska, Hélène Flautre, Mihaela Popa, Viktória Mohácsi, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marios Matsakis, Ioannis Gklavakis, Marie Anne Isler Béguin u Anna Záborská.
PRESIDENT: Luisa MORGANTINI Viċi-President
Tkellmu: Csaba Sógor, Hanna Foltyn-Kubicka, Emmanouil Angelakas, Eoin Ryan u Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk.
16. Baġit 2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar il-mandat għall-konċiljazzjoni fir-rigward tal-PDB 2009 (dibattitu)
Rapport dwar il-Proċedura tal-Baġit 2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar l-abbozz preliminari tal-baġit 2009 u fuq il-mandat għall-konċiljazzjoni Taqsima III - Kummissjoni [2008/2025(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Jutta Haug (A6-0262/2008)
Jutta Haug ippreżentat ir-rapport.
Tkellem Dalia Grybauskaitė (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Véronique De Keyser (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Maria Martens (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Göran Färm (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Eva Lichtenberger (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Kyösti Virrankoski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), László Surján f'isem il-Grupp PPE-DE, Catherine Guy-Quint f'isem il-Grupp PSE, Anne E. Jensen f'isem il-Grupp ALDE, Gérard Onesta f'isem il-Grupp Verts/ALE, Wiesław Stefan Kuc f'isem il-Grupp UEN, Esko Seppänen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sergej Kozlík Membru mhux affiljat, Reimer Böge, Costas Botopoulos, Jan Mulder, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Margaritis Schinas, Vladimír Maňka, Nathalie Griesbeck, Valdis Dombrovskis, Gabriela Creţu u Monica Maria Iacob-Ridzi.
PRESIDENT: Diana WALLIS Viċi-President
Tkellmu: Szabolcs Fazakas u Brigitte Douay.
Tkellem skond il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski.
17. Tilwim Airbus/Boeing quddiem id-WTO (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali(O-0033/2008) mressqa minn Helmuth Markov, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: It-tilwim bejn l-Airbus/Boeing u d-WTO (B6-0155/2008)
Helmuth Markov għamel il-mistoqsija orali.
Dalia Grybauskaitė (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: Georgios Papastamkos f'isem il-Grupp PPE-DE, Erika Mann f'isem il-Grupp PSE, Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Syed Kamall, Kader Arif, Richard Seeber u Glyn Ford.
PRESIDENT: Mario MAURO Viċi-President
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata, skond l-Artikolu 108(5), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-aħħar tad-dibattitu.
- Helmuth Markov, f'isem il-Kumitat INTA, dwar it-tilwim fl-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar allegazzjonijiet ta' sussidji lill-Airbus u lill-Boeing (B6-0334/2008).
18. Il-ħolqien ta' sistema ta' identifikaturi bijometriċi għar-Roma fl-Italja (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0076/2008) mressqa minn Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Il-Ħolqien ta' bażi ta' data tal-marki tas-swaba tar-Roma fl-Italja (B6-0170/2008)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0077/2008) mressqa minn Giusto Catania f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Il-ħolqien ta' "database" tal-marki tas-swaba ta' persuni Roma fl-Italja (B6-0451/2008)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0078/2008) mressqa minn Jan Marinus Wiersma, Claudio Fava, Kristian Vigenin, Gianni Pittella, Adrian Severin u Katalin Lévai f'isem il-Grupp PSE, lill-Kummissjoni: Il-ħolqien ta' "database" tal-marki tas-swaba ta' persuni Roma fl-Italja (B6-0452/2008)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0080/2008) mressqa minn Viktória Mohácsi, Marco Cappato, Alexander Alvaro, Sophia in 't Veld, Sarah Ludford, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ignasi Guardans Cambó, Adina-Ioana Vălean, Renate Weber u Gérard Deprez f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Il-Ħolqien ta' bażi ta' data tal-marki tas-swaba' tar-Roma fl-Italja (B6-0453/2008)
Monica Frassoni għamel il-mistoqsija orali B6-0170/2008.
Jan Marinus Wiersma għamel il-mistoqsija orali B6-0452/2008.
Viktória Mohácsi għamel il-mistoqsija orali B6-0453/2008.
Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet.
Tkellmu: Edit Bauer f'isem il-Grupp PPE-DE (skond l-Artikolu 146 tar-Regoli ta' Proċedura, il-President talab lill-Membri Parlamentari li kienu ħallew fl-emiċiklu t-shirts bi slogans biex ineħħuhom, azzjoni li dawn il-Membri Parlamentari wettqu), Gianni Pittella f'isem il-Grupp PSE, Marco Cappato f'isem il-Grupp ALDE, Elly de Groen-Kouwenhoven f'isem il-Grupp Verts/ALE, Roberta Angelilli f'isem il-Grupp UEN, Vittorio Agnoletto f'isem il-Grupp GUE/NGL, Stefano Zappalà, Adrian Severin, Adina-Ioana Vălean, Mario Borghezio, Umberto Guidoni, Marian-Jean Marinescu, Kristian Vigenin, Gianluca Susta (il-kelliem kien immedjatament interrot mill-President li talab li jieqfu l-protesti ta' ċertu Membri Parlamentari), Reinhard Rack, Ignasi Guardans Cambó, Vito Bonsignore, Sarah Ludford, Carlo Casini u Fabio Ciani.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Martin Schulz, Gérard Deprez, Monica Frassoni, Roberto Fiore u Renate Weber dwar l-intervent ta' l-aħħar.
Tkellem Vladimír Špidla.
Peress li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni kienu għadhom mhux disponibbli, se jitħabbru fil-plenarja iktar tard.
19. Proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta' l-ikel ***II - Addittivi ta' l-ikel ***II - Aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti ***II - Enżimi ta' l-ikel ***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta' l-ikel [16673/2/2007 - C6-0138/2008 - 2006/0143(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Åsa Westlund (A6-0179/2008)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Posizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta' l-ikel [16675/2/2007 - C6-0141/2008 - 2006/0145(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Åsa Westlund (A6-0180/2008)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 u (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE [16677/3/2007 - C6-0139/2008 - 2006/0147(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Mojca Drčar Murko (A6-0177/2008)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar enżimi ta' l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 [16676/1/2007 - C6-0140/2008 - 2006/0144(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Avril Doyle (A6-0176/2008)
Tkellmu: Pilar Ayuso f'isem il-Grupp PPE-DE, Edite Estrela f'isem il-Grupp PSE, Mojca Drčar Murko f'isem il-Grupp ALDE, Carl Schlyter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Irena Belohorská Membru mhux affiljata, Françoise Grossetête, Linda McAvan, Marios Matsakis, Kathy Sinnott, Anja Weisgerber, Gyula Hegyi u Horst Schnellhardt.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Hiltrud Breyer u Miroslav Mikolášik.
20. Corrigendum (Artikolu 204a tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat responsabbli kkoreġa l-iżbalji li ġejjin f'test appruvat mill-Parlament Ewropew:
- Corrigendum għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata ma' l-ewwel qari fil-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-adozzjoni ta' Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tireostatika u ta’ beta-agonists - P6_TA-PROV(2008)0251 - (COM(2007)0292 - C6-0154/2007 - 2007/0102(COD)) - ENVI
Skond l-Artikolu 204a(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies appruvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.
Il-corrigendum huwa disponibbli fuq is-sit Séance en direct.
21. Emenda ta' l-Artikolu 29 tar-Regoli ta' Proċedura - It-twaqqif ta' gruppi politiċi (dibattitu)
Rapport dwar l-emenda ta' l-Artikolu 29 tar-Regoli ta' Proċedura - It-twaqqif ta' gruppi politiċi [2006/2201(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0206/2008)
Richard Corbett ippreżenta r-rapport.
Tkellmu: József Szájer f'isem il-Grupp PPE-DE, Jo Leinen f'isem il-Grupp PSE, Andrew Duff f'isem il-Grupp ALDE, Johannes Voggenhuber f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hanne Dahl f'isem il-Grupp IND/DEM, Frank Vanhecke Membru mhux affiljat, Timothy Kirkhope, Kristian Vigenin, Gerard Batten u Maria da Assunção Esteves.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Jim Allister, Søren Bo Søndergaard, Íñigo Méndez de Vigo, Hans-Peter Martin u Jean-Claude Martinez.
22. Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar ix-xogħol tal-Plenarja (dibattitu)
Rapport dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar ix-xogħol tal-Plenarja u r-rapporti fuq inizjattiva proprja [2007/2272(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0197/2008)
Richard Corbett ippreżenta r-rapport.
Tkellem Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: József Szájer f'isem il-Grupp PPE-DE, Jo Leinen f'isem il-Grupp PSE, Andrew Duff f'isem il-Grupp ALDE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hanne Dahl f'isem il-Grupp IND/DEM, Jim Allister Membru mhux affiljat, Costas Botopoulos u Gerard Batten.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf u Íñigo Méndez de Vigo.