8.20. Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar ix-xogħol tal-Plenarja (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar ix-xogħol tal-Plenarja u r-rapporti fuq inizjattiva proprja [2007/2272(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0197/2008)
(Maġġoranza kwalifikata hija meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-emendi, maġġoranza sempliċi hija meħtieġa għall-adozzjoni tal-proposta għal deċiżjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 20)
TEST TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA
Emendi adottati: ara l-anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”
Id-dispożizzjonijiet il-ġodda se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss, b'eċċezzjoni tal-punti 2 u 3 ta' l-anness IIa ġdid, li se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tal-leġiżlatura li tibda' fl-Lulju 2009.