Talab l-applikazzjoni tal-Proċedura ta' Urġenza (l-Artikolu 134 tar-Regoli ta' Proċedura) mill-Kunsill u l-Kummissjoni għall-:
- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi azzjoni temporanja speċifika li għandha l-għan li tippromwovi r-ristrutturazzjoni tal-flotot tas-sajd Ewropej affettwati mill-kriżi ekonomika. (COM(2008)0454 - C6-0270/2008 - 2008/0144 (CNS))
Ġustifikazzjoni tat-talba:
L-urġenza hija ġustifikata mill-bżonn li jiġu adottati miżuri li għandhom l-għan li jadattaw is-settur komunitarju tas-sajd fil-kuntest attwali taż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt, sabiex ikunu assikurati kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi sostenibbli għas-settur.
Il-Parlament se jagħmel stqarrija dwar din l-urġenza fl-12.00 ta' għada.