Rapport dwar l-emenda ta' l-Artikolu 29 tar-Regoli ta' Proċedura - It-twaqqif ta' gruppi politiċi [2006/2201(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0206/2008)
(Maġġoranza kwalifikata hija meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-emendi, maġġoranza sempliċi hija meħtieġa għall-adozzjoni tal-proposta għal deċiżjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
TEST TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA
Tkellmu: Bruno Gollnisch, li talab li r-rapport jiġi riferut lill-kumitat skond l-Artikolu 168(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Daniel Hannan, li appoġġja t-talba, u Jo Leinen, President tal-Kumitat AFCO, li oppona t-talba.
Il-Parlament ma laqax din it-talba.
Emendi adottati: Ara l-anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet"
Id-dispożizzjonijiet il-ġodda ser jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata ta' l-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet Ewropej ta' l-2009.
Tkellmu:
Hanne Dahl f'isem il-Grupp IND/DEM, ipproponiet emenda orali għall-emenda 3 li ma ġietx aċċettata, aktar minn 40 Membru opponew li din terġa tiġi kkunsidrata.