Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' elementi ta' identifikazzjoni bijometriċi u dwar dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għall-viżi [COM(2006)0269 - C6-0166/2006 - 2006/0088(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sarah Ludford (A6-0459/2007)
Tkellem Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni).
PRESIDENT: Adam BIELAN Viċi-President
Sarah Ludford ippreżentat ir-rapport.
Tkellmu: Ewa Klamt f'isem il-Grupp PPE-DE, Martine Roure f'isem il-Grupp PSE, Tatjana Ždanoka f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Carlos Coelho.
Tkellmet skond il-proċedura "catch the eye" Avril Doyle.