7. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Zita Pleštinská ħabbret li l-post tal-votazzjoni tagħha ma ffunzjonax waqt il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni «Is-sitwazzjoni fiċ-Ċina wara t-terremot u lejliet il-Logħob Olimpiku» - RC-B6-0340/2008.
Christoph Konrad ħabbar li huwa ma setgħax jipparteċipa għal votazzjoni ta' qabel 9 h 25.