Tkellmu:Daniel Cohn-Bendit dwar id-dispożizzjonijiet applikabbli għat-teħid ta' ritratti fl-emiċiklu fl-okkażjoni taż-żjara ta' Nicolas Sarkozy, President fil-kariga tal-Kunsill, u Astrid Lulling (kwestur) dwar id-diffikultajiet ta' aċċess għall-bini tal-Parlament li ħabbtu wiċċhom magħhom il-Membri, relatati ma' żieda fis-sigurtàminħabba din iż-żjara.
2. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 15/2008 tal-Kummissjoni Ewropea (C6-0238/2008 - SEC(2008)0538 finali).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu, bi qbil ma' l-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002, kif emendat fit-13 ta' Diċembru 2006.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 16/2008 tal-Kummissjoni Ewropea (C6-0246/2008 - SEC(2008)0539 finali).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu, bi qbil ma' l-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002, kif emendat fit-13 ta' Diċembru 2006.
3. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2008)0380 - C6-0248/2008 - 2008/0122(COD))
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
JURI
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti ta' l-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim ta' l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea (SEC(2008)2109 - C6-0256/2008 - 2008/2164(ACI))
irreferut
responsabbli :
AFCO
opinjoni :
CULT, BUDG, JURI, CONT
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati - (Riformolata) (COM(2008)0419 - C6-0258/2008 - 2008/0141(COD))
irreferut
responsabbli :
EMPL
opinjoni :
JURI
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi azzjoni temporanja speċifika maħsuba biex jiġi mħeġġeġ ir-ristrutturar tal-flotot tas-sajd ta’ l-Unjoni Ewropea li huma milquta mill-kriżi ekonomika (COM(2008)0454 - C6-0270/2008 - 2008/0144(CNS))
irreferut
responsabbli :
PECH
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (Verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0358 - C6-0271/2008 - 2008/0116(CNS))
irreferut
responsabbli :
JURI
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0367 - C6-0272/2008 - 2008/0124(CNS))
irreferut
responsabbli :
JURI
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni (Verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0365 - C6-0273/2008 - 2008/0117(CNS))
irreferut
responsabbli :
JURI
2) mill-Membri
2.1) mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Marian Zlotea, Rareş-Lucian Niculescu u Flaviu Călin Rus. Dan it-titolu m'huwiex disponibbli fil-lingwi kollha bhalissa Motion for a resolution on the setting up of a European institute for the investigation of Communist crimes (B6-0372/2008)
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
CULT
4. Il-ħolqien ta' sistema ta' identifikaturi bijometriċi għar-Roma fl-Italja (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Jan Marinus Wiersma, Kristian Vigenin, Magda Kósáné Kovács, Claudio Fava, Gianni Pittella, Adrian Severin u Katalin Lévai f'isem il-Grupp PSE, Viktória Mohácsi, Marco Cappato, Sarah Ludford, Metin Kazak u Magor Imre Csibi f'isem il-Grupp ALDE, Monica Frassoni, Elly de Groen-Kouwenhoven u Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Giusto Catania, Roberto Musacchio, Vittorio Agnoletto u Umberto Guidoni f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar iċ-ċensiment tar-Roma fuq bażi ta' l-etniċità fl-Italja (B6-0348/2008)
- Roberta Angelilli, Cristiana Muscardini, Mario Borghezio, Mieczysław Edmund Janowski u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, dwar il-ħolqien ta' bażi ta' dejta tal-marki tas-swaba' tar-Roma fl-Italja (B6-0354/2008)
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet, fl-anness għall-minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
5.1. Istruzzjonijiet konsulari komuni: elementi ta' identifikazzjoni bijometriċi u applikazzjonijiet għal viża ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' elementi ta' identifikazzjoni bijometriċi u dwar dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għall-viżi [COM(2006)0269 - C6-0166/2006 - 2006/0088(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sarah Ludford (A6-0459/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
5.2. Opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta' sħubija KE/Il-Mawritanja fil-qasam tas-sajd * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta' sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta' Awissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2012 [COM(2008)0243 - C6-0199/2008 - 2008/0093(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Carmen Fraga Estévez (A6-0278/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
Avril Doyle ressqet emenda orali għall-emenda 1, li ġiet aċċettata.
5.3. Il-flotot tas-sajd ta’ l-Unjoni Ewropea milquta mill-kriżi ekonomika * (votazzjoni)
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabilixxi azzjoni speċifika temporanja bil-għan li jkun hemm promozzjoni tar-ristrutturazzjoni tal-flotot tas-sajd ta' l-Unjoni Ewropea affettwati mill-kriżi ekonomika [COM(2008)0454 - C6-0270/2008 - 2008/0144(CNS)]
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
Tkellem Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE-DE, li talab, skond l-Artikolu 170(4) tar-Regoli ta' Proċedura, li l-votazzjoni tiġi posposta għas-sessjoni parzjali li jmiss, u tkellem ukoll dwar din it-talba, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, u Roberta Angelilli f'isem il-Grupp UEN.
Il-Parlament ċaħad t-talba permezz ta' VE (293 favur, 316 kontra, 14 astensjonijiet).
José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Laima Liucija Andrikienė, Cornelis Visser, Jas Gawronski, Thomas Mann, Urszula Gacek, Manolis Mavrommatis, Mario Mauro, Charles Tannock u Vito Bonsignore f'isem il-Grupp PPE-DE,
Pasqualina Napoletano u Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE,
Adam Bielan, Ryszard Czarnecki u Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk f'isem il-Grupp UEN
Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE, u Hanna Foltyn-Kubicka f'isem il-Grupp UEN, huma wkoll firmatarji għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-6-B6-0340/2008.
Il-President filwaqt li ddikjara li diversi Membri Parlamentari xtaqu li l-emendi minn 1 sa 6 u minn 9 sa 10 (RC-B6-0340/2008), ittieħed vot en bloc dwarhom, ressaq il-proposta lill-Assemblea li adottatha.
Vytautas Landsbergis ressaq emenda orali għall-paragrafu 8, li ġiet aċċettata.. L-emenda orali ġiet rifjutata;
Reinhard Rack dwar l-iżvolġiment tal-votazzjoni.
José Ribeiro e Castro dwar ir-riżultat tal-votazzjoni.
5.6. Dokument ta' strateġija tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir ta' l-2007 (votazzjoni)
Rapport dwar id-dokument ta' strateġija dwar it-tkabbir tal-Kummissjoni [2007/2271(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Elmar Brok (A6-0266/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, skond l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Rapport Sarah Ludford - A6-0459/2007: Daniel Hannan
° ° ° °
Tkellem Bogusław Rogalskidwar il-miżuri tas-sigurtà fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu llum.
° ° ° °
Flotot tas-sajd ta' l-UE affettwati mill-kriżi ekonomika (C6-0270/2008): Syed Kamall
Il-ħolqien ta' sistema ta' identifikaturi bijometriċi għar-Roma fl-Italja (B6-0348/2008): Frank Vanhecke, Daniel Hannan u Reinhard Rack
Is-sitwazzjoni fiċ-Ċina wara t-terremot u lejliet il-Logħob Olimpiku (RC-B6-0340/2008): Zita Pleštinská, Bernd Posselt, Laima Liucija Andrikienė u Vytautas Landsbergis
Tkellem Georg Jarzembowski wara l-intervent ta' Vytautas Landsbergis.
Rapport Elmar Brok - A6-0266/2008: Ryszard Czarnecki, Philip Claeys u Bernd Posselt
Is-Sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (B6-0347/2008): Ryszard Czarnecki, Syed Kamall u Christopher Heaton-Harris
Rapport Karl von Wogau - A6-0250/2008: Syed Kamall
° ° ° °
Tkellem Ewa Klamt dwar l-istorbju attwali fl-emiċiklu.
7. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Zita Pleštinská ħabbret li l-post tal-votazzjoni tagħha ma ffunzjonax waqt il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni «Is-sitwazzjoni fiċ-Ċina wara t-terremot u lejliet il-Logħob Olimpiku» - RC-B6-0340/2008.
Christoph Konrad ħabbar li huwa ma setgħax jipparteċipa għal votazzjoni ta' qabel 9 h 25.
PRESIDENZA: Hans-Gert PÖTTERING President
8. Preżentazzjoni tal-programm tal-presidenza Franċiża (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kunsill: Preżentazzjoni tal-programm tal-presidenza Franċiża
Il-President wettaq diskors qasir li fih huwa ta merħba lill-President Franċiż fil-kariga tal-Kunsill, Nicolas Sarkozy.
Nicolas Sarkozy għamel dikjarazzjoni.
Tkellem José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp UEN, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe de Villiers f'isem il-Grupp IND/DEM, Jean-Marie Le Pen, Nicolas Sarkozy, Philip Bushill-Matthews, Bernard Poignant, Nicolas Sarkozy, Marielle De Sarnez, Brian Crowley, Mikel Irujo Amezaga, Nigel Farage, Margie Sudre, Poul Nyrup Rasmussen, Silvana Koch-Mehrin, Adam Bielan, Werner Langen, Robert Goebbels, Jean-Marie Cavada, Jan Zahradil, Pasqualina Napoletano, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Harlem Désir, Jerzy Buzek, Enrique Barón Crespo, Stefano Zappalà, Zita Gurmai, Ioannis Varvitsiotis u Othmar Karas.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Genowefa Grabowska, Hartmut Nassauer, Marian Harkin, Jan Tadeusz Masiel, Gay Mitchell u Adrian Severin.
Tkellmu: José Manuel Barroso, Nicolas Sarkozy, Martin Schulz u Nicolas Sarkozy.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.40 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00 )
PRESIDENT: Gérard ONESTA Viċi-President
9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
10. Kworum
Il-President ħabbar li rċieva, bi qbil ma' l-Artikolu 149 tar-Regoli ta' Proċedura, talba għal kworum iffirmata minn 40 Membru, talba dwar it-tliet votazzjonijiet ta' wara nofsinhar tal-lum. Huwa ħabbar, wara li rrefera għal paragrafu 4, ta' dan l-Artikolu, li l-applikanti m'humiex preżenti. Huwa għalhekk jiddubita l-ammissibilità ta' talba bħal din imressqa bil-miktub waqt li l-protagonisti huma assenti.
Tkellmu: biex jippreċiżaw li l-pożizzjoni tagħhom dwar dan il-paragrafu tar-Regoli ta' ProċeduraJo Leinen, President tal-Kumitat AFCO, Bernd Posselt, Pierre Pribetich, Sarah Ludford, José Ribeiro e Castro, Ewa Tomaszewska, Esko Seppänen, Marios Matsakis, Zdzisław Zbigniew Podkański, Neena Gill, Jo Leinen u Bernd Posselt dwar dan l-aħħar intervent.
Il-President, wara li sema' l-opinjonijiet differenti, indika li huwa intenzjonat li jżomm mal-valur ta' ġurisprudenza parlamentari preċedenti dwar il-kworum u jipproċedi kif imiss sakemm il-kumitat AFCO, li huwa rrefera l-kwistjoni, jagħti l-interpretazzjoni tiegħu:
- id-dibattitu se jseħħ kif previst;
- għall-votazzjoni huwa se jikkonsulta lill-Assemblea biex jiddetermina jekk mill-inqas 40 Membru appoġġjaw it-talba għal kworum. Jekk dan iseħħ, il-votazzjoni ma sseħħx u l-mozzjonijiet għal rizoluzzjoni proposti jaqgħu (l-Artikolu 115, paragrafu 6 tar-Regoli ta' Proċedura); fil-każ kuntrarju, it-talba ma tinżammx u l-votazzjonijiet iseħħu normalment.
11. Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat ta' dritt (dibattitu)
Marios Matsakis, Ryszard Czarnecki, huwa wkoll dwar il-kwistjoni ta' l-għoti ta' kworum, Jean Lambert, Esko Seppänen, dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 149 tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-President, u Bernd Posselt preżenta l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Tkellmu: Neena Gill f'isem il-Grupp PSE, Tunne Kelam f'isem il-Grupp PPE-DE, Sarah Ludford f'isem il-Grupp ALDE, u Leopold Józef Rutowicz f'isem il-Grupp UEN.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Laima Liucija Andrikienė, Marios Matsakis, celui-ci sur l'intervention de Neena Gill, Zdzisław Zbigniew Podkański u Kathy Sinnott.
Tkellem Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 12.1 tal- Minuti ta' 10.07.2008 .
Ewa Tomaszewska, Jean Lambert, Marios Matsakis u Esko Seppänen ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Tkellmu: Thomas Mann f'isem il-Grupp PPE-DE, Neena Gill f'isem il-Grupp PSE, Janusz Onyszkiewicz f'isem il-Grupp ALDE, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, Eija-Riitta Korhola, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Leopold Józef Rutowicz, Filip Kaczmarek u Jo Leinen, dan ta' l-aħħar dwar l-iskadenza tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni taħt analiżi attwali.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Justas Vincas Paleckis, Marios Matsakis, dwar l-intervent ta' Neena Gill, u Zdzisław Zbigniew Podkański (Il-President, rrefera għall-intervent ta' Jo Leinen, indika li jekk hu l-każ, huwa l-Artikolu 115, paragrafu 6, tar-Regoli ta' Proċedura li japplika).
Tkellem Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 12.2 tal- Minuti ta' 10.07.2008 .
Marios Matsakis, Ryszard Czarnecki, Jean Lambert, Laima Liucija Andrikienė u Ana Maria Gomes ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Tkellem Józef Pinior f'isem il-Grupp PSE.
Tkellmu skond il-proċedura "catch the eye" Dumitru Oprea, Janusz Onyszkiewicz, Ewa Tomaszewska u Maciej Marian Giertych.
Tkellem Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 12.3 tal- Minuti ta' 10.07.2008 .
° ° ° °
Tkellem Neena Gill minħabba fatt personali wara l-interventi ta' Marios Matsakis.
12. Quorum (segwitu)
Il-President fakkar fil-proċedura li huwa semma' fil-ftuħ tad-dibattitu (punt 10 tal- Minuti ta' 10.07.2008). Huwa ħabbar li ħames firmatarji biss tat-talba huma preżenti u li ebda Membru ieħor ma rrefera għaliha. B'hekk, huwa ddeċieda li jipproċedi bil-votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar il-każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt.
13. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
13.1. Allegazzjonijiet ta' oqbra tal-massa fil-parti tal-Kaxmir li hi amministrata mill-Indja (votazzjoni)
Laima Liucija Andrikienė, Bernd Posselt, Eija-Riitta Korhola u Tadeusz Zwiefka f'isem il-Grupp PPE-DE,
Pasqualina Napoletano, Ana Maria Gomes, Józef Pinior u Marianne Mikko f'isem il-Grupp PSE,
Marco Pannella, Marco Cappato, Frédérique Ries u Marios Matsakis f'isem il-Grupp ALDE,
Roberta Angelilli f'isem il-Grupp UEN,
Hélène Flautre, Monica Frassoni, Raül Romeva i Rueda, Milan Horáček, Kathalijne Maria Buitenweg, Pierre Jonckheer, Caroline Lucas u Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE,
14. Tisħiħ tar-rwol taż-żgħażagħ fil-politika Ewropea (dikjarazzjoni bil-miktub)
Id-Dikjarazzjoni 0033/2008 ippreżentata mill-Membri Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marie-Hélène Descamps, Ramona Nicole Mănescu, Christa Prets u Bart Staes dwar un renforcement du rôle des jeunes et de la jeunesse dans les politiques européennes ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skond l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 02.09.2008.
15. Koperazzjoni ta' urġenza biex jinstabu t-tfal mitlufin (dikjarazzjoni bil-miktub)
Id-Dikjarazzjoni 0036/2008 ippreżentata mill-Membri Edward McMillan-Scott, Roberta Angelilli, Glenys Kinnock, Evelyne Gebhardt u Diana Wallis dwar la coopération d'urgence pour retrouver les enfants disparus ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skond l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 02.09.2008.
16. Avviż dwar il-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill
Il-President ħabbar, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni komuni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fit-23 ta£ Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti ta' l-ajruporti (08332/2/2008 - C6-0259/2008 - 2007/0013(COD)) irreferut responsabbli: TRAN
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 11.07.2008.
17. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Brigitte Fouré ħabbret li hi ma setgħatx tipparteċipa għall-votazzjonijiet dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar il-każ tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt.
18. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
Kompetenza tal-kumitati
Kumitat REGI
- Dan it-titolu m'huwiex disponibbli fil-lingwi kollha bhalissa - Support schemes for farmers under the CAP (COM(2008)0306 [[01]] - C6-0240/2008 - 2008/0103(CNS)) irreferut responsabbli: AGRI opinjoni: ENVI, BUDG, REGI
Kumitat AGRI
- Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi (COM(2008)0040 - C6-0052/2008 - 2008/0028(COD)) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: AGRI, IMCO
Kumitat ECON
- Leġiżlazzjoni aħjar 2006 skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità (2008/2045(INI)) irreferut responsabbli: JURI opinjoni: AFCO, ECON
Kumitat TRAN
- Dan it-titolu m'huwiex disponibbli fil-lingwi kollha bhalissa - The regional development aspects of the impact of turism in coastal regions (2008/2132(INI)) irreferut responsabbli: REGI opinjoni: TRAN
19. Dikjarazzjonijiet bil-miktub imniżżla fir-reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura)
Numru ta' firem miksuba mid-dikjarazzjonijiet bil-miktub fir-reġistru (Artikolu 116(3) tar-Regoli ta' Proċedura):
Numru tad-dokument
Awtur
Firem
23/2008
Magor Imre Csibi, Fiona Hall, Dan Jørgensen, Péter Olajos, Cristian Silviu Buşoi
205
24/2008
Kathy Sinnott, Bastiaan Belder, Elly de Groen-Kouwenhoven, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Richard Howitt
208
25/2008
Luciana Sbarbati, Daniel Dăianu, Gianni Pittella, Anne Laperrouze, Manolis Mavrommatis
112
26/2008
Koenraad Dillen, Frank Vanhecke, Philip Claeys
22
27/2008
Mario Borghezio
32
28/2008
Patrick Gaubert
45
29/2008
Mario Mauro, Iles Braghetto, Cristina Gutiérrez-Cortines
155
30/2008
Marian Harkin, Gisela Kallenbach, Emmanouil Angelakas, Mieczysław Edmund Janowski, Joel Hasse Ferreira
Alexander Alvaro, Paulo Casaca, Jana Hybášková, Józef Pinior, Helga Trüpel
33
58/2008
Daniel Strož, Jiří Maštálka, Jaromír Kohlíček
14
59/2008
Rareş-Lucian Niculescu
10
60/2008
Urszula Krupa, Witold Tomczak
5
61/2008
Daciana Octavia Sârbu, Magor Imre Csibi
16
62/2008
Bruno Gollnisch
11
63/2008
Eluned Morgan, Robert Goebbels, Miloslav Ransdorf, Claude Turmes, Fiona Hall
45
20. Trażmissjoni tat-testi adottati waqt is-seduta li għaddejja
Il-Minuti ta' din is-seduta se jiġu ppreżentati lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu fil-bidu tas-seduta li jmiss, skond l-Artikolu 172(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Bil-qbil tal-Parlament, it-testi li ġew adottati se jintbagħtu minnufih lill-entitajiet imsemmija fihom.
21. Dati tas-seduti li jmiss
Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 01.09.2008 sa 04.09.2008.