PRESIDENT: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi-President
1. Ftuħ tas-Seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.05.
2. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (COM(2008)0414 - C6-0257/2008 - 2008/0142(COD))
irreferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
FEMM, EMPL, ITRE, JURI, ECON, IMCO
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 19/2008 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N6-0007/2008 - C6-0274/2008 - 2008/2167(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar koperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili (10972/2007 - C6-0275/2008 - 2007/0111(CNS))
irreferut
responsabbli :
TRAN
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (COM(2008)0436 - C6-0276/2008 - 2008/0147(COD))
irreferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
ENVI, ITRE
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (COM(2008)0399 - C6-0277/2008 - 2008/0151(COD))
irreferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
ITRE, JURI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (COM(2008)0402 - C6-0278/2008 - 2008/0154(COD))
irreferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
ITRE, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta' Ekotikketta Komunitarja (COM(2008)0401 - C6-0279/2008 - 2008/0152(COD))
irreferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
ITRE, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel dejjem jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (COM(2008)0450 - C6-0280/2008 - 2008/0149(COD))
irreferut
responsabbli :
DEVE
opinjoni :
AFET, AGRI, BUDG, INTA
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (COM(2008)0464 - C6-0281/2008 - 2008/0157(COD))
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
CULT, ITRE, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi (COM(2008)0324 - C6-0282/2008 - 2008/0112(CNS))
irreferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut tal-kumpanija privata Ewropea (SPE) (COM(2008)0396 - C6-0283/2008 - 2008/0130(CNS))
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
ECON
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma' impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (COM(2008)0458 - C6-0287/2008 - 2008/0153(COD))
irreferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
JURI
- Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta' individwi (Verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0376 - C6-0290/2008 - 2008/0120(CNS))
irreferut
responsabbli :
JURI
- Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426 - C6-0291/2008 - 2008/0140(CNS))
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
FEMM, CULT, EMPL, IMCO
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta' New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 - C6-0292/2008 - 2008/0066(CNS))
irreferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
AFET
- Deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u dejta għall-użu fi proċedimenti f'materji kriminali (13076/2007 - C6-0293/2008 - 2003/0270(CNS))
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
JURI
- Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 5 għas-sena finanzjarja 2008 stabbilit mill-Kunsill fit-22 ta' Lulju 2008 (11571/2008 - C6-0294/2008 - 2008/2161(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
3. Dibattitu dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (imħabbra l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip, skont l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
I. Kolp ta' stat fil-Mawritanja
- Pasqualina Napoletano, Marie-Arlette Carlotti u Alain Hutchinson f'isem il-Grupp PSE, dwar il-kolp ta' stat fil-Mawritanja (B6-0386/2008)
- Colm Burke, Charles Tannock, Urszula Gacek, Bernd Posselt, Eija-Riitta Korhola, Tunne Kelam, Carlos José Iturgaiz Angulo u Laima Liucija Andrikienė f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar il-kolp ta' stat fil-Mawritanja (B6-0392/2008)
- Thierry Cornillet, Marios Matsakis u Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-kolp ta' stat fil-Mawritanja (B6-0397/2008)
- Luisa Morgantini f'isem il-Grupp GUE/NGL, (B6-0398/2008)
- Marie Anne Isler Béguin u Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-kolp ta' stat fil-Mawritanja (B6-0408/2008)
- Ģirts Valdis Kristovskis, Ryszard Czarnecki, Konrad Szymański, Ewa Tomaszewska, Hanna Foltyn-Kubicka, Adam Bielan u f'isem il-Grupp UEN, dwar il-kolp ta' stat fil-Mawritanja (B6-0409/2008)
II. Tgħalliq fl-Iran
- Pasqualina Napoletano, Hannes Swoboda, Christa Prets u Paulo Casaca f'isem il-Grupp PSE, dwar tgħalliq fl-Iran (B6-0389/2008)
- Charles Tannock, Laima Liucija Andrikienė, Urszula Gacek, Bernd Posselt, Eija-Riitta Korhola u Tunne Kelam f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar tgħalliq fl-Iran (B6-0394/2008)
- Marios Matsakis, Marco Cappato u Frédérique Ries f'isem il-Grupp ALDE, dwar tgħalliq fl-Iran (B6-0400/2008)
- Tobias Pflüger f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-piena kapitali fl-Iran (B6-0401/2008)
- Angelika Beer, Raül Romeva i Rueda u Monica Frassoni f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-piena kapitali fl-Iran (B6-0403/2008)
- Cristiana Muscardini, Angelika Beer, Ryszard Czarnecki, Konrad Szymański, Ewa Tomaszewska u Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN, dwar l-eżekuzzjonijiet fl-Iran (B6-0404/2008)
III. Qtil ta' albinos fit-Tanżanija
- Pasqualina Napoletano, Josep Borrell Fontelles u Alain Hutchinson f'isem il-Grupp PSE, dwar qtil ta' albinos fit-Tanżanija (B6-0387/2008)
- Ryszard Czarnecki, Jan Tadeusz Masiel, Adam Bielan, Ewa Tomaszewska, Konrad Szymański, Mieczysław Edmund Janowski u Hanna Foltyn-Kubicka f'isem il-Grupp UEN, dwar qtil ta' albinos fit-Tanżanija (B6-0390/2008)
- Laima Liucija Andrikienė, Bernd Posselt, Eija-Riitta Korhola u Charles Tannock f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar qtil ta' albinos fit-Tanżanija (B6-0391/2008)
- Marios Matsakis u Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni tal-albinos fit-Tanżanija (B6-0405/2008)
- Vittorio Agnoletto f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar qtil ta' albinos fit-Tanżanija (B6-0406/2008)
- Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar qtil ta' albinos fit-Tanżanija (B6-0407/2008).
Il-ħin għad-diskorsi se jiġi allokat skont l-Artikolu 142 tar-Regoli tal-Proċedura.
4. Pakkett soċjali (L-ewwel parti) (dibattitu)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Pakkett soċjali (L-ewwel parti)
Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni) u Xavier Bertrand (President fil-kariga tal-Kunsill) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, Jan Tadeusz Masiel f'isem il-Grupp UEN, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Derek Roland Clark f'isem il-Grupp IND/DEM, Carl Lang Membru mhux affiljat, u Thomas Mann.
PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS Viċi-President
Tkellmu: Harlem Désir, Bernard Lehideux, Ryszard Czarnecki, Elisabeth Schroedter, Dimitrios Papadimoulis, Hanne Dahl, Andreas Mölzer, Philip Bushill-Matthews, Magda Kósáné Kovács, Gérard Deprez, Wojciech Roszkowski, Tatjana Ždanoka, Jacky Hénin, Nils Lundgren, Jana Bobošíková, Juan Andrés Naranjo Escobar, Stephen Hughes, Ona Juknevičienė, Ewa Tomaszewska, Ilda Figueiredo, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Alejandro Cercas, Sophia in 't Veld, Kyriacos Triantaphyllides, Anja Weisgerber, Anne Van Lancker, Elizabeth Lynne, Georgios Toussas, Manfred Weber u Andrzej Jan Szejna.
PRESIDENT: Gérard ONESTA Viċi-President
Tkellmu: Jean Marie Beaupuy, Peter Liese, Evangelia Tzampazi, Viktória Mohácsi, Iva Zanicchi, Jan Cremers, Evelyne Gebhardt, Gabriela Creţu, Donata Gottardi, Richard Falbr u Karin Jöns.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Monica Maria Iacob-Ridzi, Proinsias De Rossa, Mieczysław Edmund Janowski, Maria Petre, Jan Andersson u Richard Corbett.
Tkellmu: Xavier Bertrand u Vladimír Špidla.
Peress li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni kienu għadhom mhux disponibbli, se jitħabbru fil-plenarja iktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: se ssir waqt is-sessjoni li jmiss.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 11.40 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.00)
PRESIDENT: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi-President
Tkellem Dimitar Stoyanov li kkundanna t-trattament li, skont hu, tagħtu l-Pulizija Bulgara fit-30 ta' Lulju 2008 u talab lill-Parlament biex jieħu pożizzjoni dwar il-kwistjoni. (Il-President irrispondih li l-ilment tiegħu se jitressaq quddiem l-awtoritajiet kompetenti).
5. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
Rapport dwar il-proposta ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 [COM(2008)0056 - C6-0057/2008 - 2008/0023(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Katerina Batzeli (A6-0274/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Rapport dwar il-proposta ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-programm "Kultura" (2007-2013) [COM(2008)0057 - C6-0058/2008 - 2008/0024(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Katerina Batzeli (A6-0273/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Rapport dwar il-proposta ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva [COM(2008)0059 - C6-0060/2008 - 2008/0029(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Katerina Batzeli (A6-0275/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
5.4. Programm ta' azzjoni fil-qasam tat-taħriġ matul il-ħajja ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja [COM(2008)0061 - C6-0064/2008 - 2008/0025(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Katerina Batzeli (A6-0276/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
5.5. Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni KE/Użbekistan, biex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-UE * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Użbekistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea [COM(2007)0117 - C6-0213/2008 - 2007/0044(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0306/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
5.6. Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn KE/Kirgiztan, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-UE * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea [COM(2007)0133 - C6-0228/2008 - 2007/0047(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0307/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
5.7. Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u koperazzjoni bejn KE/Taġikistan, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-UE * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, minn naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea [COM(2007)0143 - C6-0254/2008 - 2007/0050(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0320/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
5.8. Responsabilità tal-Montenegro fir-rigward tas-self għal żmien twil mogħti lis-Serbja u Montenegro (l-ex Repubblika Federali tal-Jugożlavja) * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi passiv separat ta' Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja b'rigward self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta' l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (ex-Repubblika Federali tal-Jugożlavja) skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/549/KE u 2002/882/KE [COM(2008)0228 - C6-0221/2008 - 2008/0086(CNS)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmuth Markov (A6-0281/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
5.9. Emenda tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi [COM(2008)0314 - C6-0219/2008 - 2008/0097(CNS)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Neil Parish (A6-0311/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
5.10. Ftehima tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan [COM(2007)0831 - C6-0047/2008 - 2007/0285(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Philippe Morillon (A6-0315/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDA u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
5.11. Projet tal-Budget rettifikat nru 5/2008 (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-projet tal-Budget rettifikat nru 5/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena 2008 Sezzjoni III - Il-Kummissjoni [11571/2008 – C6 0294/2008 – 2008/2161(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Kyösti Virrankoski (A6-0328/2008)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
5.12. Network Ġudizzjarju Ewropew * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew [5620/2008 - C6-0074/2008 - 2008/0802(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A6-0292/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
INIZJATTIVA, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
5.13. Applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Isvezja, tar-Repubblika Slovakka, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/.../ĠAI ta'... dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji, id-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' konfiska u d-Deċiżjoni Kwadru 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea [05598/2008 - C6-0075/2008 - 2008/0803(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Armando França (A6-0285/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
Armando França (rapporteur) għamel dikjarazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 131 (4) tar-Regoli ta' Proċedura.
INIZJATTIVA, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
5.14. Is-sajd u l-akwakultura fil-kuntest tal-ġestjoni integrata taż-żoni ta' mal-kosta (GIZC) fl-Ewropa (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar is-sajd u l-akwakultura fil-kuntest tal-ġestjoni integrata taż-żoni ta' mal-kosta (GIZC) fl-Ewropa [2008/2014(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Ioannis Gklavakis (A6-0286/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
Ioannis Gklavakis (rapporteur) għamel dikjarazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 131 (4) tar-Regoli ta' Proċedura.
5.15. L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ***I (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) [COM(2008)0101 - C6-0086/2008 - 2008/0041(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Mihael Brejc (A6-0208/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
5.16. It-tisħiħ tal-Eurojust u emenda tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI * (votazzjoni)
Rapport dwar l-Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Isvezja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI. [05613/2008 - C6-0076/2008 - 2008/0804(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Renate Weber (A6-0293/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 16)
Evelyne Gebhardt f'isem il-Grupp PSE, ipproponiet emenda orali għall-emenda 19 li ġiet adottata.
5.17. Il-valutazzjoni tas-sistema ta' Dublin (votazzjoni)
Rapport dwar il-valutazzjoni tas-sistema ta' Dublin [2007/2262(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jean Lambert (A6-0287/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 17)
5.18. Ċerti kwistjonijiet relatati mal-assikurazzjoni tal-vettura (votazzjoni)
Rapport dwar ċerti kwistjonijiet relatati mal-assikurazzjoni tal-vettura [2007/2258(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Nickolay Mladenov (A6-0249/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 18)
5.19. Strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-frodi fiskali (votazzjoni)
Rapport dwar strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-frodi fiskali [2008/2033(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sharon Bowles (A6-0312/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 19)
7. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Tkellmu: Jutta Haug (rapporteur tal-Baġit Ġenerali 2009 – taqsima III), Janusz Lewandowski (rapporteur tal-baġit ġenerali 2009 – taqsimiet oħra, Kyösti Virrankoski (Viċi President tal-Kumitat BUDG), Dalia Grybauskaitė (Membru tal-Kummissjoni) u Éric Woerth.
Dan il-punt ingħalaq.
10. Networks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika***I - Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I - Ksib tal-benefiċċji sħaħ tad-dividend diġitali fl-Ewropa: Approċċ komuni għall-użu tal-ispettru li jirriżulta mill-bidla diġitali - Netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, protezzjoni tal-privatezza u protezzjoni tal-konsumaturi ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi [COM(2007)0697 - C6-0427/2007 - 2007/0247(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Catherine Trautmann (A6-0321/2008)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi [COM(2007)0699 - C6-0428/2007 - 2007/0249(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Pilar del Castillo Vera (A6-0316/2008)
Rapport dwar "Ksib tal-benefiċċji sħaħ tad-dividend diġitali fl-Ewropa: Approċċ komuni għall-użu tal-ispettru li jirriżulta mill-bidla diġitali" [2008/2099(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Patrizia Toia (A6-0305/2008)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, d-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi [COM(2007)0698 - C6-0420/2007 - 2007/0248(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Malcolm Harbour (A6-0318/2008)
Tkellmu: Luc Chatel (President fil-kariga tal-Kunsill), Eric Besson (President fil-kariga tal-Kunsill) u Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Jutta Haug (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Karsten Friedrich Hoppenstedt (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Gunnar Hökmark (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Robert Goebbels (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Sophia in 't Veld (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Reino Paasilinna (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Marian Zlotea (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Edit Herczog (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Manolis Mavrommatis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Cornelis Visser (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Gyula Hegyi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Ignasi Guardans Cambó (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Manuel Medina Ortega (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Alexander Alvaro (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Angelika Niebler f'isem il-Grupp PPE-DE, Erika Mann f'isem il-Grupp PSE, Patrizia Toia f'isem il-Grupp ALDE, Roberts Zīle f'isem il-Grupp UEN, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nils Lundgren f'isem il-Grupp IND/DEM, Desislav Chukolov Membru mhux affiljat, Paul Rübig, Silvia-Adriana Ţicău, Alexander Alvaro, Seán Ó Neachtain, David Hammerstein, Hanne Dahl, Jerzy Buzek, Eric Besson (President fil-kariga tal-Kunsill), Bernadette Vergnaud u Cristian Silviu Buşoi.
PRESIDENT: Diana WALLIS Viċi-President
Tkellmu: Leopold Józef Rutowicz, Kathy Sinnott, Jacques Toubon, Evelyne Gebhardt, Erna Hennicot-Schoepges, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská u Stavros Lambrinidis.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ruth Hieronymi, Katerina Batzeli, Dumitru Oprea, Arlene McCarthy u Pierre Pribetich.
Tkellmu: Luc Chatel, Viviane Reding, Catherine Trautmann, Pilar del Castillo Vera, Patrizia Toia u Malcolm Harbour
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: se ssir waqt is-sessjoni li jmiss.
11. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)
Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0457/2008).
Mistoqsija 1 (Manuel Medina Ortega): Politika ta' Forniment tal-Prodotti Agrikoli
Jean-Pierre Jouyet (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Jim Allister u Paul Rübig.
Mistoqsija 2 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Patt Ewropew għaż-Żgħożija
Jean-Pierre Jouyet wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou u Jörg Leichtfried.
Mistoqsija 3 (Robert Evans): Anomaliji relatati mas-sitwazzjoni tat-territorji ta' l-Unjoni Ewropea li jinsabu lilhinn mill-Ewropa
Jean-Pierre Jouyet wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Robert Evans, Justas Vincas Paleckis u Avril Doyle.
Mistoqsija 4 (Avril Doyle): Miżuri ta' aġġustament tal-fruntieri marbuta ma' importazzjonijiet anqas effiċjenti f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju.
Jean-Pierre Jouyet wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Avril Doyle u Syed Kamall.
Mistoqsija 5 (Colm Burke): Il-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effettività tal-Għajnuna li se jiġi organizzat f'Accra (il-Gana) f'Settembru.
Jean-Pierre Jouyet wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Colm Burke.
Jean-Pierre Jouyet wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Jim Higgins, Colm Burke u Marian Harkin.
Il-mistoqsijiet 7 sa 12, 14, 16, 17, 19 sa 24, 26 sa 34 se jirċievu tweġibiet bil-miktub (ara l-Anness tar-Rapport Verbatim).
Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.05 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.05 )
PRESIDENT: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi-President
12. Azzjoni meħuda dwar talba għall-ħarsien tal-immunità
Matul is-sessjoni tas-16 ta' Ġunju 2008, il-Parlament ħa nota tat-talba mressqa minn Witold Tomczak dwar id-difiża tal-immunità u tal-privileġġi tiegħu fil-kuntest ta' każ pendenti quddiem it-Tribunal tad-Distrett ta' Ostrów Wielkopolski (punt 5 tal- Minuti ta' 16.06.2008) u, skont l-Artikolu 6 (3) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba kien reġa' bagħatha lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali.
Permezz tal-ittra tal-5 ta' Awwissu 2008, indirizzata lill-President tal-Parlament, il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li din it-talba ta' Witold Tomczak għandha tkun ikkunsidrata bħala mhux ammessibbli, meta wieħed iqis li l-Parlament diġá kien għamel referenza għall-istess kwistjoni f'żewġ okkażjonijiet u kien iddeċieda fl-4 ta' April 2006 (punt 8.2 tal- Minuti ta' 04.04.2006) u fid-19 ta' Frar 2008 (punt 6.13 tal- Minuti ta' 19.02.2008), li ma jiddefendix l-immunità ta' Witold Tomczak.
13. Rapport speċjali mill-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea f'ilment 3453/2005/GG (dibattitu)
Rapport dwar ir-rapport speċjali mill-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea f'ilment 3453/2005/GG [2007/2264(INI)] - Kumitat għall-Petizzjonijiet. Rapporteur: Proinsias De Rossa (A6-0289/2008)
Proinsias De Rossa ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Alejandro Cercas, rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL, Mairead McGuinness f'isem il-Grupp PPE-DE, Maria Matsouka f'isem il-Grupp PSE, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Marcin Libicki f'isem il-Grupp UEN, Elisabeth Schroedter f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Lidia Joanna Geringer de Oedenberg.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ewa Tomaszewska u Mairead McGuinness.
Tkellmu: Vladimír Špidla u Proinsias De Rossa.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.7 tal-Minuti ta' 03.09.2008.
14. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2008 (dibattitu)
Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2008 [2008/2047(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Iratxe García Pérez (A6-0325/2008)
Iratxe García Pérez ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Marian Harkin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Maria Badia i Cutchet (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Marie Panayotopoulos-Cassiotou f'isem il-Grupp PPE-DE, Zita Gurmai f'isem il-Grupp PSE, Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Urszula Krupa f'isem il-Grupp IND/DEM, Zita Pleštinská, Gabriela Creţu, Ilda Figueiredo, Godfrey Bloom, Mary Honeyball u Věra Flasarová.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Mihaela Popa, Anna Záborská, Czesław Adam Siekierski u Monica Maria Iacob-Ridzi.
Tkellmu: Vladimír Špidla u Iratxe García Pérez.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.8 tal-Minuti ta' 03.09.2008.
15. Aġenzija Ewropea nkarigata mis-sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni (ENISA) (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0060/2008) mressqa minn Giles Chichester u Angelika Niebler f'isem il-Grupp PPE-DE, lill-Kummissjoni: ENISA (B6-0159/2008)
Angelika Niebler (awtriċi) għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali.
Tkellmu: Nikolaos Vakalis f'isem il-Grupp PPE-DE, u Anni Podimata f'isem il-Grupp PSE.
PRESIDENT: Luigi COCILOVO Viċi-President
Tkellmu: Jorgo Chatzimarkakis f'isem il-Grupp ALDE, u Viviane Reding.
Id-dibattitu ngħalaq.
16. L-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (dibattitu)
Rapport dwar l-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel [2008/2038(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Eva-Britt Svensson (A6-0199/2008)
Tkellmu: Esther Herranz García f'isem il-Grupp PPE-DE, Bernadette Vergnaud f'isem il-Grupp PSE, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, Hiltrud Breyer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Urszula Krupa f'isem il-Grupp IND/DEM, Edit Bauer u Marusya Ivanova Lyubcheva.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zita Pleštinská, Zbigniew Zaleski, Monica Maria Iacob-Ridzi, Marie Panayotopoulos-Cassiotou u Agnes Schierhuber.
Tkellem Eva-Britt Svensson.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 9.1 tal-Minuti ta' 03.09.2008.
17. Ikklownjar ta' annimali għall-finijiet ta' produzzjoni tal-ikel (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0069/2008) mressqa minn Neil Parish, f'isem il-Kumitat AGRI: L-ikklownjar tal-annimali għall-ikel (B6-0545/2008)
Neil Parish (awtur) għamel il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Androula Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali.
Tkellmu: Agnes Schierhuber f'isem il-Grupp PPE-DE, Csaba Sándor Tabajdi f'isem il-Grupp PSE, Mojca Drčar Murko f'isem il-Grupp ALDE, Janusz Wojciechowski f'isem il-Grupp UEN, David Hammerstein f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jim Allister Membru mhux affiljat, Czesław Adam Siekierski, Andrzej Tomasz Zapałowski, John Purvis u Mairead McGuinness.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" James Nicholson.
Tkellmet Androula Vassiliou.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fl-aħħar tad-dibattitu, skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Neil Parish, f'isem il-Kumitat AGRI, dwar l-ikklownjar tal-annimali biex jiġu forniti bħala ikel (B6-0373/2008).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.9 tal-Minuti ta' 03.09.2008.
18. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 411.060/OJME).