Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008 - Brussell

PRESIDENT: Hans-Gert PÖTTERING
President

6. Corrigendum (Artikolu 204a tar-Regoli ta' Proċedura)
CRE

Il-kumitat responsabbli kkoreġa l-iżbalji li ġejjin f'test appruvat mill-Parlament Ewropew:

- Corrigendum dwar il-pożizzjoni tal-Parlament adottata fit-tieni qari tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-għan ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal- Parlement Ewropew u tal-Kunsill relatata mat-trasport intern ta' merkanzija perikoluża P6_TA-PROV(2008)0302 - (06920/3/2008 - C6-0160/2008 - 2006/0278(COD)) - TRAN

Dan il-corrigendum jikkonċerna l-lingwi li ġejjin: l-Ispanjol, iċ-Ċek, il-Grieg, il-Litwanjan, il-Latvjan, il-Malti, ir-Rumen u s-Sloven.

Skont l-Artikolu 204a(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies appruvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.

Il-corrigendum huwa disponibbli fuq is-sit Séance en direct.

°
° ° °

Tkellmu: Zbigniew Zaleski dwar il-proposti mressqa minn Martin Schulz matul il-votazzjoni tal-bieraħ dwar il-Ġeorġja (punt 7.5 tal- Minuti ta' 03.09.2008) u Martin Schulz dwar dan l-intervent.

Tkellem Jörg Leichtfried dwar il-kwistjoni dwar fejn se tiltaqa' s-sessjoni ta' Settembru II. (Il-President irrispondih li huwa kien se jagħmel avviż dwar dan is-suġġett wara l-ħin tal-votazzjoni).

Avviż legali - Politika tal-privatezza