Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' prenotazzjoni kompjuterizzata [COM(2007)0709 - C6-0418/2007 - 2007/0243(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Timothy Kirkhope (A6-0248/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Tkellmu: Jeanine Hennis-Plasschaert f'isem il-Grupp ALDE, li talbet li jerġa' jintbagħat it-test diskuss skont l-Artikolu 168(2) tar-Regoli ta' Proċedura, u dwar din it-talba, Brian Simpson f'isem il-Grupp PSE, Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE, u Timothy Kirkhope (rapporteur).
Il-Parlament ċaħad t-talba permezz ta' VE (265 favur, 300 kontra, 37 astensjonijiet).