Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 22 ta' Settembru 2008 - Brussell

6. Il-proklamazzjoni tat-23 ta' Awissu bħala l-Jum Ewropew ta’ Tifkira għall-Vittmi ta' l-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu - Il-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal (dikjarazzjonijiet bil-miktub)

Id-Dikjarazzjoni 0044/2008 ippreżentata mill-Membri Marianne Mikko, Christopher Beazley, Inese Vaidere, Zita Gurmai u Alexander Alvaro dwar il-proklamazzjoni tat-23 ta' Awissu bħala l-Jum Ewropew ta’ Tifkira għall-Vittmi ta' l-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skont l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 23.09.2008.

Id-Dikjarazzjoni 0050/2008 ippreżentata mill-Membri Marusya Ivanova Lyubcheva, Zita Gurmai, Diana Wallis, Eva-Britt Svensson u Anna Záborská dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skont l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 21.10.2008.

Avviż legali - Politika tal-privatezza