8. Avviż dwar il-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill
Il-President ħabbar, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet komuni li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-15 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (10597/2/2008 - C6-0324/2008 - 2004/0209(COD)) irreferut responsabbli: EMPL
- Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fil-15 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (10599/2/2008 - C6-0327/2008 - 2002/0072(COD)) irreferut responsabbli: EMPL
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 23.09.2008.