Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 22 ta' Settembru 2008 - Brussell

10. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-0066/2008) mressqa minn Katerina Batzeli u Erna Hennicot-Schoepges, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Rapport ta' progress dwar ir-riforma ta' l-Iskejjel Ewropej (B6-0454/2008),

- (O-0074/2008) mressqa minn Helmuth Markov, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTA) 2006 (B6-0458/2008),

- (O-0081/2008) mressqa minn Giuseppe Gargani, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: L-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet ta' l-awtur online (B6-0459/2008),

- (O-0082/2008) mressqa minn Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE, lill-Kunsill: Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija (B6-0460/2008),

- (O-0083/2008) mressqa minn Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE, lill-Kummissjoni: Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija (B6-0461/2008)

- (O-0086/2008) mressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: "IASCF: Reviżjoni tal-kostituzzjoni - Responsabilità Pubblika u l-Kompożizzjoni tal-Proposti għal Bidla ta' l-IASB" (B6-0463/2008),

- (O-0089/2008) mressqa minn Giles Chichester f'isem il-Grupp PPE-DE, Anne Laperrouze f'isem il-Grupp ALDE, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, u Eugenijus Maldeikis f'isem il-Grupp UEN, lill-Kunsill: Nikkontrollaw il-prezzijiet tal-enerġija (B6-0464/2008),

- (O-0090/2008) mressqa minn Giles Chichester f'isem il-Grupp PPE-DE, Anne Laperrouze f'isem il-Grupp ALDE, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, u Eugenijus Maldeikis f'isem il-Grupp UEN, lill-Kummissjoni: Nikkontrollaw il-prezzijiet tal-enerġija (B6-0465/2008)

- (O-0091/2008) mressqa minn Rebecca Harms u Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija (B6-0466/2008).

2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) :

- Marian Zlotea u Flaviu Călin Rus dwar is-sitwazzjoni tal-obeżità fit-tfal (0072/2008),

- Jean-Claude Martinez dwar ir-rispett għad-dinjità u d-drittijiet fundamentali ta' ex-ostaġġi tal-FARC fil-Kolombja, bħas-suldat Tito Velásquez (0073/2008),

- Daniel Strož dwar il-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-problemi fl-UE, anke fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (0074/2008),

- Alexander Alvaro, Piia-Noora Kauppi, Frédérique Ries, Catherine Stihler u Helga Trüpel dwar iż-żamma tas-sessjonijiet plenarji kollha tal-Parlament Ewropew fi Brussell (0075/2008),

- Sharon Bowles, Elspeth Attwooll, Martine Roure u Caroline Lucas dwar l-għarfien ugwali tas-sħubijiet ċivili (0076/2008),

- Marian Zlotea, Rareş-Lucian Niculescu u Flaviu Călin Rus dwar it-tħassir ta' sentenzi politiċi mogħtija matul il-perjodu tar-reġimi komunisti fl-Ewropa (0077/2008),

- Linda McAvan, Anne Laperrouze, Claude Turmes u Elisa Ferreira dwar rati mnaqqsa ta' VAT għall-prodotti tad-dar effiċjenti fl-użu tal-enerġija (0078/2008).

Avviż legali - Politika tal-privatezza