Graham Booth ippreżenta r-riżenja tal-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-01.10.2008.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota li dan is-siġġu tbattal b'seħħ minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.
L-awtoritajiet Taljani kompententi avżaw dwar:
- it-tmiem tal-mandat għall-Parlament Ewropew ta' Giuseppe Castiglione minħabba inkumpatibilitajiet fir-rigward tal-Artikolu 7(3) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni universali diretta;
- l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, bħala sostitut ta' Giuseppe Castiglione, ta' Maddalena Calia, fit-tieni post fuq il-lista ta' sostituti kkonċernata, peress li l-ewwel fuq din il-lista, Michele Cimino, irrinunzja għall-mandat Ewropew.
Il-Parlament ħa nota ta' dan b'seħħ mit-12.09.2008.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tagħha ma ġewx verifikati u ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni, Maddalena Calia se tieħu postha fil-Parlament u fl-entitajiet tiegħu bi tgawdija sħiħa tad-drittijiet tagħha, bil-kundizzjoni li hi tkun għamlet minn qabel id-dikjarazzjoni li ma twettaqx funzjoni inkumpatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
4. Verifika tas-setgħat
Fuq proposta tal-Kumitat tiegħu JURI, il-Parlament iddeċieda jivvalida l-mandati tal-Membri Paolo Bartolozzi u Erminio Enzo Boso, b'effett mit-23.06.2008, Elisabetta Gardini u Giovanni Robusti, b'effett mit-30.05.2008, u Maria Grazia Pagano, b'effett mis-17.06.2008.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Fuq talba tal-Grupp ALDE, il-Parlament irratifika l-ħatra li ġejja:
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni UE-Russja: Andrzej Wielowieyski
6. Il-proklamazzjoni tat-23 ta' Awissu bħala l-Jum Ewropew ta’ Tifkira għall-Vittmi ta' l-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu - Il-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal (dikjarazzjonijiet bil-miktub)
Id-Dikjarazzjoni 0044/2008 ippreżentata mill-Membri Marianne Mikko, Christopher Beazley, Inese Vaidere, Zita Gurmai u Alexander Alvaro dwar il-proklamazzjoni tat-23 ta' Awissu bħala l-Jum Ewropew ta’ Tifkira għall-Vittmi ta' l-Istaliniżmu u tan-Nażiżmu ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skont l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 23.09.2008.
Id-Dikjarazzjoni 0050/2008 ippreżentata mill-Membri Marusya Ivanova Lyubcheva, Zita Gurmai, Diana Wallis, Eva-Britt Svensson u Anna Záborská dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. B'riżultat ta' dan, skont l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tiġi ppreżentata lid-destinatarji u ppubblikata flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji fit-Testi Adottati tas-sessjoni ta' 21.10.2008.
7. Iffirmar tal-atti adottati b'kodeċiżjoni.
Il-President ħabbar li nhar l-Erbgħa, flimkien mal-President tal-Kunsill, se jiffirma l-atti li ġejjin, adottat b'kodeċiżjoni skont l-Artikolu 68 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda t-tul ta' żmien tagħha (03643/2008/LEX - C6-0325/2008 - 2007/0291(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (03656/2008/LEX - C6-0322/2008 - 2006/0278(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi ta' l-ajru fil-Komunità (Tfassil mill-ġdid) (03670/2008/LEX - C6-0321/2008 - 2006/0130(COD))
8. Avviż dwar il-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill
Il-President ħabbar, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet komuni li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-15 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (10597/2/2008 - C6-0324/2008 - 2004/0209(COD)) irreferut responsabbli: EMPL
- Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fil-15 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (10599/2/2008 - C6-0327/2008 - 2002/0072(COD)) irreferut responsabbli: EMPL
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 23.09.2008.
9. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-kumitati parlamentari
1.1) rapporti:
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (COM(2008)0053 - C6-0054/2008 - 2008/0030(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Gyula Hegyi (A6-0279/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma' prodotti mediċinali (Riformulazzjoni) (COM(2008)0001 - C6-0026/2008 - 2008/0001(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: József Szájer (A6-0280/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-solventi ta' l-estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta' prodotti u ingredjenti ta' l-ikel (riformulazzjoni) (COM(2008)0154 - C6-0150/2008 - 2008/0060(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: József Szájer (A6-0284/2008)
- Rapport dwar il-Proċess ta' Bologna u l-mobilità tal-istudent (2008/2070(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Doris Pack (A6-0302/2008)
- Rapport dwar il-konċentrazzjoni u l-pluraliżmu tal-midja fl-Unjoni Ewropea (SEC(2007)0032 - 2007/2253(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Marianne Mikko (A6-0303/2008)
- Rapport dwar 'Intejbu l-kwalità ta' l-edukazzjoni ta' l-għalliema' (2008/2068(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Maria Badia I Cutchet (A6-0304/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 2006 (11964/2007 - C6-0326/2007 - 2006/0263(CNS)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Caroline Lucas (A6-0313/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni - Adattazzjoni għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (COM(2008)0104 - C6-0087/2008 - 2008/0042(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Miroslav Ouzký (A6-0314/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna s-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) (COM(2008)0159 - C6-0151/2008 - 2008/0064(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Katerina Batzeli (A6-0319/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (16069/2007 - C6-0010/2008 - 2005/0202(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Martine Roure (A6-0322/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas 2002/475/JHA dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (COM(2007)0650 - C6-0466/2007 - 2007/0236(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Roselyne Lefrançois (A6-0323/2008)
- Rapport dwar l-emenda ta' l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (2007/2266(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Costas Botopoulos (A6-0324/2008)
- Rapport dwar is-sitwazzjoni u l-prospettivi tal-biedja fir-reġjuni muntanjużi (2008/2066(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Michl Ebner (A6-0327/2008)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (COM(2007)0851 - C6-0007/2008 - 2007/0295(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Matthias Groote (A6-0329/2008)
- Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet fis-sena parlamentari 2007 (2008/2028(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: David Hammerstein (A6-0336/2008)
- Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Fondi Spekulattivi u l-kapital privat (2007/2238(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Poul Nyrup Rasmussen (A6-0338/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (COM(2008)0305 - C6-0214/2008 - 2008/0102(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Agustín Díaz De Mera García Consuegra (A6-0339/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni (COM(2007)0747 - C6-0473/2007 - 2007/0267(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Joseph Muscat (A6-0344/2008)
- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta’ atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija (2008/2096(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: József Szájer (A6-0345/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2008)0196 - 2008/0077(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Carlos Coelho (A6-0351/2008)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2008)0197 - 2008/0078(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Carlos Coelho (A6-0352/2008)
- Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 - Taqsima III – Kummissjoni (2008/2166(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Kyösti Virrankoski (A6-0353/2008)
1.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari:
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) (05726/2/2008 - C6-0223/2008 - 2005/0237B(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Luis De Grandes Pascual (A6-0330/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid) (05724/2/2008 - C6-0222/2008 - 2005/0237A(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Luis De Grandes Pascual (A6-0331/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' l-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE (05721/5/2008 - C6-0226/2008 - 2005/0240(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Jaromír Kohlíček (A6-0332/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabilità ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (06389/2/2008 - C6-0227/2008 - 2005/0241(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0333/2008)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (05719/3/2008 - C6-0225/2008 - 2005/0239(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dirk Sterckx (A6-0334/2008)
- ***II Abbozz ta' rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid) (05722/3/2008 - C6-0224/2008 - 2005/0238(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dominique Vlasto (A6-0335/2008)
2) mill-Membri
2.1) mistoqsijiet bi tweġiba orali għall-ħin tal-mistoqsijiet (Artikolu 109 tar-Regoli ta' Proċedura) (B6-0462/2008)
2.2) mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Marian Zlotea. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-obbligi tal-informazzjoni għall-konsumatur fil-kuntratti standard (B6-0418/2008)
irreferut
responsabbli :
IMCO
opinjoni :
JURI
- Cristiana Muscardini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar iż-żieda fl-Istati Membri ta' mard li ilu snin li ngħeleb fl-UE (B6-0419/2008)
irreferut
responsabbli :
ENVI
2.3) proposti għal rakkomandazzjonijiet (Artikolu 114 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Annemie Neyts-Uyttebroeck, f'isem il-Grupp ALDE, Jelko Kacin, f'isem il-Grupp ALDE u Baroness Sarah Ludford, f'isem il-Grupp ALDE. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugożlavja (B6-0417/2008)
irreferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
LIBE
- Annemie Neyts-Uyttebroeck, f'isem il-Grupp ALDE and Angelika Beer, f'isem il-Grupp Verts/ALE. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar in-nonproliferazzjoni u l-futur tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) (B6-0421/2008)
irreferut
responsabbli :
AFET
- Juan Manuel Salafranca Sanchez-Neyra. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar Sħubija Strateġika UE-Messiku (B6-0437/2008)
irreferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
DEVE, INTA
- Véronique De Keyser, f'isem il-Grupp PSE. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil (B6-0449/2008)
irreferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
DEVE, INTA
10. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0066/2008) mressqa minn Katerina Batzeli u Erna Hennicot-Schoepges, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Rapport ta' progress dwar ir-riforma ta' l-Iskejjel Ewropej (B6-0454/2008),
- (O-0074/2008) mressqa minn Helmuth Markov, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTA) 2006 (B6-0458/2008),
- (O-0081/2008) mressqa minn Giuseppe Gargani, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: L-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet ta' l-awtur online (B6-0459/2008),
- (O-0082/2008) mressqa minn Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE, lill-Kunsill: Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija (B6-0460/2008),
- (O-0083/2008) mressqa minn Hannes Swoboda f'isem il-Grupp PSE, lill-Kummissjoni: Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija (B6-0461/2008)
- (O-0086/2008) mressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: "IASCF: Reviżjoni tal-kostituzzjoni - Responsabilità Pubblika u l-Kompożizzjoni tal-Proposti għal Bidla ta' l-IASB" (B6-0463/2008),
- (O-0089/2008) mressqa minn Giles Chichester f'isem il-Grupp PPE-DE, Anne Laperrouze f'isem il-Grupp ALDE, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, u Eugenijus Maldeikis f'isem il-Grupp UEN, lill-Kunsill: Nikkontrollaw il-prezzijiet tal-enerġija (B6-0464/2008),
- (O-0090/2008) mressqa minn Giles Chichester f'isem il-Grupp PPE-DE, Anne Laperrouze f'isem il-Grupp ALDE, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, u Eugenijus Maldeikis f'isem il-Grupp UEN, lill-Kummissjoni: Nikkontrollaw il-prezzijiet tal-enerġija (B6-0465/2008)
- (O-0091/2008) mressqa minn Rebecca Harms u Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija (B6-0466/2008).
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) :
- Marian Zlotea u Flaviu Călin Rus dwar is-sitwazzjoni tal-obeżità fit-tfal (0072/2008),
- Jean-Claude Martinez dwar ir-rispett għad-dinjità u d-drittijiet fundamentali ta' ex-ostaġġi tal-FARC fil-Kolombja, bħas-suldat Tito Velásquez (0073/2008),
- Daniel Strož dwar il-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-problemi fl-UE, anke fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (0074/2008),
- Alexander Alvaro, Piia-Noora Kauppi, Frédérique Ries, Catherine Stihler u Helga Trüpel dwar iż-żamma tas-sessjonijiet plenarji kollha tal-Parlament Ewropew fi Brussell (0075/2008),
- Sharon Bowles, Elspeth Attwooll, Martine Roure u Caroline Lucas dwar l-għarfien ugwali tas-sħubijiet ċivili (0076/2008),
- Marian Zlotea, Rareş-Lucian Niculescu u Flaviu Călin Rus dwar it-tħassir ta' sentenzi politiċi mogħtija matul il-perjodu tar-reġimi komunisti fl-Ewropa (0077/2008),
- Linda McAvan, Anne Laperrouze, Claude Turmes u Elisa Ferreira dwar rati mnaqqsa ta' VAT għall-prodotti tad-dar effiċjenti fl-użu tal-enerġija (0078/2008).
11. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
Skont l-Artikolu 116(5) tar-Regoli ta' Proċedura, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nru 35, 39, 40, 41, 42, 43, 45/2008 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru ta' firem meħtieġ.
12. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
- Ftehim temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra,
- Ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja,
- Protokoll għall-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FSK,
- Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduti fil-ftehim ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2008 sal-31 ta’ Lulju 2012,
- Ftehim addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta' Liechtenstein il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta' prodotti agrikoli,
- Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera,
- Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein għall-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera,
- Protokoll għall-ftehim ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka, mal-Unjoni Ewropea,
- Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen.
13. Petizzjonijiet
Il-petizzjonijiet imsemmija hawn taħt, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn isfel, ġew mgħoddija lill-kumitat ikkonċernat skont l-Artikolu 191(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
Data: 02.09.2008
Ignacio Enrique Garrido Gomez (363 firma) (nru 1138/2008); Horia-Calin Cristescu (nru 1139/2008); Antonio Moreno Soler (Colectivo Papas de Alex) (nru 1140/2008); Marc Laurentiu Aurel (nru 1141/2008); Ingo Alberti (nru 1142/2008); Eric Sanitas (Assoċjazzjoni Federali Internazzjonali Russa għal min isellef il-flus) (nru 1143/2008); Werner Schmidt (nru 1144/2008); Giovanni Bosco Maria Cavalletti (2 firem) (nru 1145/2008); Carmen Fernández Arias Leal (nru 1146/2008); Roberto Giurastante (Greenaction Transnational) (nru 1147/2008); Damien Cassidy (Ringsted Irishtown Sandymount Environmental Group) (nru 1148/2008); Isaac Ibáñez García (nru 1149/2008); A. Clevering (nru 1150/2008); Peter Herzig (nru 1151/2008); Elisabeth Sodies (Curare e.V. ) (nru 1152/2008); Jazz Pabla (nru 1153/2008); Peter Miles (nru 1154/2008); Rosa Vallecillos Merelo (2 firem) (nru 1155/2008); Wolfgang Depcik (nru 1156/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1157/2008); Luisa Paniagua Aldeano (2 firem) (nru 1158/2008); Udo Nietz (nru 1159/2008); Aicha Lahrouchi (nru 1160/2008); Serge Tueche (nru 1161/2008); María Begoña Baquero Orgaz (nru 1162/2008); Sergio Prieto Diaz (nru 1164/2008); Stanislaw Habdas (Komitet Obywatelski ds Praworzadnosci i Walki z Korupcja) (nru 1165/2008); Michael Valsamidis (nru 1167/2008); Corneliu Dobrania (nru 1168/2008); Alan Rainey (nru 1169/2008); Xerman Janeiro (Fundacíon Germán Estévez) (nru 1170/2008); Deborah Porter (Radstock Action Group) (nru 1171/2008); Christine Joyce Williams (nru 1172/2008); Klaus Schäfer (LOG-Sped GmbH) (nru 1173/2008); Marin Vergil Teicá (nru 1174/2008); V. Mitica Tufa (nru 1175/2008); José Luis Cort Bas (Corpas S.L.) (nru 1176/2008).
Data: 09.09.2008
Alexe Techiradalian (nru 1177/2008); Mary McMahon (nru 1178/2008); Klaus Schäfer (nru 1179/2008); Ludovico Bonfiglio (N.E.W.S. SRL Natural Electric Wind Sea) (nru 1180/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1181/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1182/2008); Victor Galea (AD Gozo Regional Committee) (nru 1183/2008); Zuzanna Jakubowska (nru 1184/2008); Josefa Quintana Fernández (nru 1185/2008); Mariella Cao (43 signatures) (nru 1186/2008); Marek Machniki (nru 1187/2008); Sabin Pag (nru 1188/2008); Ion Bancu (nru 1189/2008); Marten Jackman (nru 1190/2008); Marten Jackman (nru 1191/2008); Marcelino Victoria Sánchez (nru 1192/2008); Matěj Kastner (Občanské sdružení M.O.S.T.) (2154 signatures) (nru 1193/2008); Johann Lambert Beckers (Heimkinderverband Deutschland) (nru 1194/2008); Helena Stanko (2 firem) (nru 1195/2008); Maciej Ambroziak (nru 1196/2008); Thierry Gutknecht (2 firem) (nru 1197/2008); Tomsz Major (Izba Pracodawców) (nru 1198/2008); (isem kunfidenzjali) (30 firma) (nru 1199/2008); Iain Douglas (nru 1200/2008); Ludovico Bonfiglio (nru 1201/2008); Christiane Jacob (5 firem) (nru 1202/2008); Emil Petrov (nru 1203/2008); Eduardo J. Monfort Bolufer (M I Ajuntament De Xabia Alcaldia) (nru 1204/2008).
Data: 10.09.2008
(isem kunfidenzjali) (nru 1205/2008); Víctor Domingo Prieto (Asociación de Internautas) (nru 1206/2008); Konrad Schmidt (nru 1207/2008); Patrick Garnon (nru 1208/2008); Edward Wetzel (nru 1209/2008); Victor Galea (AD Gozo Regional Committee) (nru 1210/2008); Mircea Serbanoiu (Federatia Romana pentru Protectia si Controlul Animalelor (FRPCA)) (nru 1211/2008); Leopoldo Ridruejo Miranda (nru 1212/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1213/2008); Delfina Mas Morales (nru 1214/2008); Clara Samuel (nru 1215/2008); Paolo Brundu (nru 1216/2008); Richard Lingnau (nru 1217/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1218/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1219/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1220/2008); Sergio Niola (nru 1221/2008); Victor Luis Acosta González (nru 1222/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1223/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1224/2008); Yasar Terzioglu (nru 1225/2008); Roberto Stefan (nru 1226/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1227/2008); Christian Schrader (nru 1228/2008); Sabrina Meiering (nru 1229/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1230/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1231/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1232/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1233/2008); Lachezar Todorov (nru 1234/2008); Fatima Algofy-Lewandowski (nru 1235/2008); Karl-Heiz Raab (nru 1236/2008); Nikos Roussis (nru 1237/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1238/2008); Maciej Baum (nru 1239/2008); Wolfgang Lieberknecht (nru 1240/2008); Jozef Kanik (nru 1241/2008); William Bridges (Valencian Healthcare) (nru 1242/2008); Gisela Cruz (nru 1243/2008); Peter Roege (nru 1244/2008); Lukasz, s. Miroslawa Zawadzki (nru 1245/2008); Emilio Francheschi (nru 1246/2008); Ioan Turcu (nru 1247/2008); María Pilar Alzugaray Alconchel (nru 1248/2008); Neil MacNeil (7 firem) (nru 1249/2008); Sotiris Gkanatsios (nru 1250/2008); Ewa Liolzka Bandura (nru 1251/2008); Roland Lang (nru 1252/2008); Michael Reiner (nru 1253/2008).
Data: 17.09.2008
Konstantinos Aivaliotis (3 firem) (nru 1254/2008); Olimpian Dogaru (nru 1255/2008); Panagiotis Galatis (Uffiċċju ta' Avukati Panagiotis Galatis u Assoċjati) (nru 1256/2008); Szaniszló Ágost László Poniatowski (nru 1257/2008); Alfred Depner (nru 1258/2008); Philip McNally (nru 1260/2008); Jörg Siewert (nru 1261/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1262/2008); Ismo Huuskonen (nru 1263/2008); Stanslav Koutek (nru 1264/2008); David Dorrell (nru 1265/2008); Daniel Barrow (nru 1266/2008); Enrichetta Lucifero (nru 1267/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1268/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1269/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1270/2008); Rudolf Schneider (nru 1271/2008); Silvio Mundiger (Bürgerinitiative Unteres Härtsfeld e.V.) (4 firem) (nru 1272/2008); Vicente Gutiérrez Solís (Confederación de AA.VV. de Asturias (Cavastur)) (nru 1273/2008); Karen Palmer (40 firma) (nru 1274/2008); Stanisław Rawa (nru 1275/2008); Józef Maksimczuk (nru 1276/2008); Ferenc Tibor Zsák (Tiszántúli Természetvédök Társulata) (2 firem) (nru 1277/2008); Eufrosina Galan (2 firem) (nru 1278/2008); Christian Funke (nru 1279/2008); (isem kunfidenzjali) (nru 1280/2008); Danut Claudiu (nru 1281/2008); István Richard Patyi (nru 1282/2008); Dorina Vasilescu (nru 1283/2008); Michael Schropp (nru 1284/2008); Giacomo Saccomanno (Studio legale Saccomanno) (nru 1285/2008).
14. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 17/2008 tal-Kummissjoni Ewropea (C6-0252/2008 - SEC(2008)1953 final).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu, bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002, kif emendat fit-13 ta' Diċembru 2006.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 20/2008 tal-Kummissjoni Ewropea (C6-0300/2008).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu, bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002, kif emendat fit-13 ta' Diċembru 2006.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 22/2008 tal-Kummissjoni Ewropea (C6-0301/2008).
Ta opinjoni favorevoli rigward it-trasferiment, skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002, kif emendat fit-13 ta' Diċembru 2006.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 25/2008 tal-Kummissjoni Ewropea (C6-0303/2008).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu, bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002, kif emendat fit-13 ta' Diċembru 2006.
15. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Mejju II u Ġunju I u II hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.
16. Dikjarazzjoni tal-President
Il-President għamel dikjarazzjoni biex jikkundanna l-qtil mill-ETA, il-bieraħ 21.09.2008, tal-uffiċjal Luis Conde de la Cruz f'attentat b'karozza bomba. Huwa xtaq il-kondoljanzi tal-Parlament lill-qraba tal-vittma u anke s-solidarjetà tal-Parlament lejn l-Ispanja, l-awtoritajiet u l-forzi tas-sigurtà tagħha, u lil dawk li weġġgħu fl-aħħar tliet attentati.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
17. Ordni tas-seduta
Il-punt li jmiss kien l-ordni tas-seduta.
L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Settembru II (PE 412.680/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet msemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):
Seduti ta' bejn 22.09.2008 u 25.09.2008
tat-Tnejn, tat-Tlieta
- ma ġiet proposta l-ebda bidla
tal-Erbgħa
Talba tal-Grupp ALDE biex tiġi diferita għal għada, it-Tlieta 23.09.2008, fl-10.00, l-iskadenza għat-tressiq ta' mozzjonijiet tar-riżoluzzjonijiet komuni u ta' emendi dwar il-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew għall-programm leġiżlattiv u l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2009.
Il-Parlament approva t-talba.
tal-Ħamis
- ma ġiet proposta l-ebda bidla
Hekk ġiet stabbilita l-ordni tas-seduta.
° ° ° °
Tkellem Daniel Cohn-Bendit, li talab li jkun hemm trasparenza sħiħa dwar is-sorsi tal-iffinanzjar tal-moviment Irlandiż Libertas (Il-President wieġbu li qed isegwi l-kwistjoni mill-qrib).
Tkellem Philip Bushill-Matthews f'isem il-Grupp PPE-DE, u bil-qbil ta' numru ta' gruppi politiċi, biex jitlob li ma jkunx hemm votazzjoni l-Ħamis dwar il-mozzjonijiet tar-riżoluzzjoni dwar il-pakkett soċjali (Il-President wieġbu li ħa nota ta' din it-talba imma li l-aġenda diġà kienet imħejjija).
18. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura:
Rareş-Lucian Niculescu, Csaba Sándor Tabajdi, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Monica Frassoni, Eoin Ryan, Mary Lou McDonald, Gerard Batten, Philip Claeys, Colm Burke, Maria Badia i Cutchet, Harald Ettl, Magor Imre Csibi, Milan Horáček, Ewa Tomaszewska, Pedro Guerreiro, Kathy Sinnott, Kinga Gál, Silvia-Adriana Ţicău, Pál Schmitt, Marian Harkin, Árpád Duka-Zólyomi, Slavi Binev, Iuliu Winkler, Katalin Lévai, Dragoş Florin David, Proinsias De Rossa, Marek Aleksander Czarnecki, Milan Gaľa, Emmanouil Angelakas, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Zita Pleštinská, Mikel Irujo Amezaga, James Nicholson, Csaba Sógor u Ioannis Gklavakis.
PRESIDENT: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi-President
19. Fondi alternattivi u fondi ta' investiment - Trasparenza għal investituri istituzzjonali (dibattitu)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-fondi alternattivi u fondi ta' investiment [2007/2238(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Poul Nyrup Rasmussen (A6-0338/2008)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-trasparenza tal-investituri istituzzjonali [2007/2239(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A6-0296/2008)
Poul Nyrup Rasmussen ippreżenta r-rapport tiegħu (A6-0338/2008).
Klaus-Heiner Lehne ippreżenta r-rapport tiegħu (A6-0296/2008).
Tkellem Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Sharon Bowles (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Harald Ettl (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Kurt Joachim Lauk f'isem il-Grupp PPE-DE, Ieke van den Burg f'isem il-Grupp PSE, Sharon Bowles f'isem il-Grupp ALDE, Eoin Ryan f'isem il-Grupp UEN, Pierre Jonckheer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Konstantinos Droutsas f'isem il-Grupp GUE/NGL, John Whittaker f'isem il-Grupp IND/DEM, u Jean-Paul Gauzès.
PRESIDENT: Martine ROURE Viċi-President
Tkellmu: Manuel Medina Ortega, Olle Schmidt, Ilda Figueiredo, Nils Lundgren, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Pervenche Berès, Andrzej Wielowieyski, Othmar Karas, Udo Bullmann, Zuzana Roithová, Kristian Vigenin, Tadeusz Zwiefka, Andrzej Jan Szejna, Silvia-Adriana Ţicău, Antolín Sánchez Presedo, Costas Botopoulos, Manuel António dos Santos u Mia De Vits.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" John Purvis, Victor Boştinaru u Margarita Starkevičiūtė.
Tkellmu: Charlie McCreevy, Poul Nyrup Rasmussen u Klaus-Heiner Lehne.
Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2007 [2008/2028(INI)] - Kumitat għall-Petizzjonijiet. Rapporteur: David Hammerstein (A6-0336/2008)
David Hammerstein ippreżenta r-rapport tiegħu.
PRESIDENT: Marek SIWIEC Viċi-President
Tkellem Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Simon Busuttil f'isem il-Grupp PPE-DE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp PSE, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Marcin Libicki f'isem il-Grupp UEN, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kathy Sinnott f'isem il-Grupp IND/DEM, Frank Vanhecke Membru mhux affiljat, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg u Inés Ayala Sender.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Inés Ayala Sender.
21. Is-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna s-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) [COM(2008)0159 - C6-0151/2008 - 2008/0064(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Katerina Batzeli (A6-0319/2008)
Katerina Batzeli ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Ján Figeľ (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Mihaela Popa f'isem il-Grupp PPE-DE, Christa Prets f'isem il-Grupp PSE, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE, Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN, u Mikel Irujo Amezaga f'isem il-Grupp Verts/ALE.
PRESIDENT: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi-President
Tkellmu: Vladimír Železný f'isem il-Grupp IND/DEM, Thomas Wise Membru mhux affiljat, Pál Schmitt, Leopold Józef Rutowicz, Małgorzata Handzlik u Jerzy Buzek.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zita Pleštinská, Silvia-Adriana Ţicău, Dumitru Oprea u Marusya Ivanova Lyubcheva.
22. Adattament ta' ċerti atti suġġetti għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (it-tieni parti) ***I - L-allinjament ta’ atti legali mad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Tieni Parti [COM(2007)0824 - C6-0476/2007 - 2007/0293(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: József Szájer (A6-0100/2008)
Rapport jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta’ atti legali mad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija [2008/2096(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: József Szájer (A6-0345/2008)
József Szájer ippreżenta r-rapporti tiegħu.
Tkellem Ján Figeľ (Membru tal-Kummissjoni).
Dan il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 5.16 tal- Minuti ta' 25.09.2008 u punt 5.11 tal- Minuti ta' 25.09.2008 .
23. Konċentrazzjoni u pluraliżmu fil-midja fl-Unjoni Ewropea (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-konċentrazzjoni u pluraliżmu fil-midja fl-Unjoni Ewropea [2007/2253(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Marianne Mikko (A6-0303/2008)
Marianne Mikko ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Ján Figeľ (Membru tal-Kummissjoni).
Dan il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 7.4 tal- Minuti ta' 25.09.2009 .
24. Segwitu tal-Konferenza ta' Monterrey ta' l-2002 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar is-segwitu tal-Konferenza ta' Monterrey ta' l-2002 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp [2008/2050(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Thijs Berman (A6-0310/2008)
Rapport dwar l-Evalwazzjoni tas-Suq Intern [2008/2056(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Charlotte Cederschiöld (A6-0272/2008)
Charlotte Cederschiöld ippreżentat ir-rapport tagħha.
26. Intejbu l-kwalità ta' l-edukazzjoni ta' l-għalliema (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar 'Intejbu l-kwalità ta' l-edukazzjoni ta' l-għalliema' [2008/2068(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Maria Badia i Cutchet (A6-0304/2008)
Maria Badia i Cutchet ippreżentat ir-rapport tagħha.
27. Il-Proċess ta' Bologna u l-mobilità ta' l-istudenti (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-Proċess ta' Bologna u l-mobilità ta' l-istudenti [2008/2070(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Doris Pack (A6-0302/2008)
28. Is-sitwazzjoni u l-perspettivi ta' l-agrikoltura fir-reġjuni muntanjużi (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar is-sitwazzjoni u l-perspettivi ta' l-agrikoltura fir-reġjuni muntanjużi [2008/2066(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Michl Ebner (A6-0327/2008)