Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 25 ta' Settembru 2008 - Brussell

5. Merħba
Rapporti Verbatim

Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzoni tal-Knesset, immexxija minn Amira Dotan, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.

°
° ° °

Tkellmu: Sarah Ludford li, b'referenza għal email tas-Segretarju Ġenerali tal-bieraħtlura, it-Tlieta 23.09.2008, dwar l-attivitajiet tal-Parlament li se jerġgħu jibdew isiru fi Strasburgu mis-sessjoni ta' Ottubru II, talbet biex tkun taf fuq liema bażi ttieħdet din id-deċiżjoni (Il-President weġibha li se jsir avviż għall-Membri kollha) u Alexander Alvaro, li tkellem kontra l-fatt li l-avviż ta' stedina għal appoġġ għad-Dikjarazzjoni bil-miktub 0075/2008 biex is-sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew jinżammu kollha Brussell tneħħa mingħajr il-kunsens tal-awturi ta' din id-dikjarazzjoni (Il-President ħa nota ta' dan).

Avviż legali - Politika tal-privatezza