7.2. Protokoll għall-Ftehima bejn il-KE u l-Iżvizzera dwar il-moviment ħieles ta' persuni (parteċipazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta' persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea [09116/2008 - C6-0209/2008 - 2008/0080(AVC)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A6-0343/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)