14. Il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali * - Emendar tar-Regolament li jikkonċerna il-ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali [COM(2006)0399 - C6-0305/2006 - 2006/0135(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Evelyne Gebhardt (A6-0361/2008)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0106/2008) mressqa minn Evelyne Gebhardt u Gérard Deprez, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Ir-regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġuriżidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (B6-0477/2008).
Evelyne Gebhardt ippreżentat ir-rapport u għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali.
PRESIDENT: Luisa MORGANTINI Viċi-President
Tkellem Jacques Barrot (Viċi-President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Carlo Casini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Panayiotis Demetriou f'isem il-Grupp PPE-DE, Inger Segelström f'isem il-Grupp PSE, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Kathalijne Maria Buitenweg f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Johannes Blokland f'isem il-Grupp IND/DEM, Daciana Octavia Sârbu u Gerard Batten.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski, Carlos Coelho, Konrad Szymański, Ljudmila Novak u Dumitru Oprea.