Rapport li jinkludi proposta għar-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) mingħand l-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan [2008/2187(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A6-0403/2008)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0100/2008) mressqa minn Sophia in 't Veld, Martine Roure, Philip Bradbourn u Sylvia-Yvonne Kaufmann, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Il-PNR tal-UE (B6-0476/2008)
Sophia in 't Veld, wara li ddeplorat l-assenza tal-Kunsill, ippreżentat ir-rapport tagħha u għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Tkellem Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni).
Il-President irreferiet lura għal punt tar-rapporteur rigward l-assenza tal-Kunsill u stidnetha terreferih lill-president tal-grupp politiku tagħha.
Tkellemet Sophia in 't Veld.
Tkellmu: Philip Bradbourn f'isem il-Grupp PPE-DE, Roselyne Lefrançois f'isem il-Grupp PSE, Sarah Ludford f'isem il-Grupp ALDE, Kathalijne Maria Buitenweg f'isem il-Grupp Verts/ALE, Giusto Catania f'isem il-Grupp GUE/NGL, Carlos Coelho u Stavros Lambrinidis.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Dumitru Oprea, Silvia-Adriana Ţicău, Manfred Weber, Bogusław Liberadzki u Luis de Grandes Pascual.
Tkellmu: Jacques Barrot u Sophia in 't Veld.
Il-proposta għal riżoluzzjoni li se titressaq skont l-Artikolu 108, paragrafu 5 tar-Regolament se titħabbar aktar tard.
Il-mozzjoni għal-riżoluzzjoni li għandha titressaq skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura se titħabbar aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: il-punt 6 tal-PV tat-22.10.2008 għar-rapport (A6-0403/2008) (il-votazzjoni fuq il-proposta għal riżoluzzjoni se ssir f'perjodu ieħor tas-sessjoni).