Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali [COM(2006)0399 - C6-0305/2006 - 2006/0135(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Evelyne Gebhardt (A6-0361/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 26)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Tkellmu:Panayiotis Demetriou f'isem il-Grupp PPE-DE, bl-appoġġ ta' Evelyne Gebhardt (rapporteur), biex jippreżenta emenda orali għall-emenda 38, u Carlo Casini biex jenfasizza li l-emenda orali kienet kompatibbli mal-emendi 32 sa 37; din l-emenda orali għaddiet.
Tkellem Bruno Gollnisch, biex jitlob li t-test jerġa' jintbagħat lill-Kumitat; il-Parlament ċaħad din it-talba.
Tkellmu: Evelyne Gebhardt u Panayiotis Demetriou f'isem il-Grupp PPE-DE biex ifakkru li l-emendi 32 sa 37 waqgħu minħabba l-approvazzjoni tal-emenda 38, kif emendata oralment u Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp UEN, dwar dawn l-emendi.