Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Tkellem Jan Andersson f'isem il-Grupp PSE, li talab li skont l-Artikolu 179 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, jipposponi l-vot tiegħu dwar l-isfidi għall-ftehimiet kollettivi fl-UE (A6-0370/2008) sal-ħin għall-votazzjoni ta' għada.
Il-Parlament wera l-qbil tiegħu għal din it-talba.
° ° ° °
8.1. Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew :Niffaċċjaw l-isfida tal-provvista taż-żejt (Artikolu 117 tar-Regoli ta' Proċedura)
Talba għal konsultazzjoni dwar: Niffaċċjaw l-isfida ta’ prezzijiet taż-żejt aktar għoljin
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Approvazzjoni
8.2. Ftehima dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-KE u n-New Zealand * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta' New Zealand fuq in-naħa l-oħra [COM(2008)0170 - C6-0292/2008 - 2008/0066(CNS)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Angelika Niebler (A6-0367/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
8.3. Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati [COM(2008)0335 - C6-0320/2008 - 2008/0111(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Paolo Costa (A6-0374/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
8.4. Responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (Verżjoni kodifikata) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (verżjoni kodifikata) [COM(2008)0098 - C6-0144/2008 - 2008/0049(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0380/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
8.5. Reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (Verżjoni kkodifikata) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill marbuta ma' reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (Verżjoni kkodifikata) [COM(2008)0202 - C6-0172/2008 - 2008/0076(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0381/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
8.6. Iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kkodifikata) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (verżjoni kodifikata) [COM(2008)0369 - C6-0244/2008 - 2008/0126(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0385/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
8.7. L-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuż mat-Trattat KE (Verżjoni kkodifikata) * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Verżjoni kkodifikata) [COM(2008)0073 - C6-0147/2008 - 2008/0053(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0386/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
8.8. Ċerti kategoriji ta' ftehimiet u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kkodifikata) * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kkodifikata) [COM(2008)0367 - C6-0272/2008 - 2008/0124(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0379/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
8.10. OCTOBER II Framwork decision on obtaining proof in criminal proceedings (European Evidence Warrant) * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ qafas tal-Kunsill dwar il-Mandat Ewropew għall-kisba ta’ Provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu tagħhom fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali (Konsultazzjoni mġedda) [13076/2007 - C6-0293/2008 - 2003/0270(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Gérard Deprez (A6-0408/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
PROPOSTA TAL-KUNSILL, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.11. L-irkupru ta' l-istokkijiet tal-merluzz * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru ta' l-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 [COM(2008)0162 - C6-0183/2008 - 2008/0063(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Niels Busk (A6-0340/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.12. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjeta' ta' l-Unjoni Ewropea (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba [COM(2008)0557 - C6-0318/2008 - 2008/2253(ACI)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A6-0399/2008)
8.13. L-abbozz ta' baġit ta' emenda nru 7/2008 (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 [0000/2008 - C6-0000/2008 - 2008/2252(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Kyösti Virrankoski (A6-0412/2008)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
8.14. Mobilizzazzjoni tal-fondi Ewropej ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod [COM(2008)0547 – C6 0312/2008 – 2008/2251(ACI)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A6-0405/2008)
8.15. Il-bini ta' alleanza għall-bidla fil-klima globali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma foqra u li l-aktar huma vulnerabbli għal bidla fil-klima (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-bini ta' Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima [2008/2131(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Anders Wijkman (A6-0366/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
8.16. Governanza u sħubija f'livell nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti ta' politika reġjonali (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-governanza u sħubija f'livell nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti ta' politika reġjonali [2008/2064(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Jean Marie Beaupuy (A6-0356/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 16)
8.17. Leġiżlazzjoni aħjar 2006 skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-"Leġiżlazzjoni aħjar 2006" skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità [2008/2045(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Manuel Medina Ortega (A6-0355/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 17)
8.18. Il-monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja – l-24 rapport annwali mill-Kummissjoni [2008/2046(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A6-0363/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 18)
8.19. Strateġija għal ftehim fil-ġejjieni dwar l-aspetti istituzzjonali ta' l-Aġenziji Regolatorji (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rapport dwar strateġija għal ftehim fil-ġejjieni dwar l-aspetti istituzzjonali ta' l-Aġenziji Regolatorji [2008/2103(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Georgios Papastamkos (A6-0354/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 19)
8.20. Il-mandat ta' arrest kontra Joseph Kony u l-ġuri tiegħu quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata skond l-Article 91 tar-Regoli ta' Proċedura minn Nirj Deva, Maria Martens, Alain Hutchinson, Thijs Berman, Thierry Cornillet, Johan Van Hecke, Frithjof Schmidt, Feleknas Uca, Luisa Morgantini u Ryszard Czarnecki, f'isem il-Kumitat DEVE, dwar l-akkuża u t-tressiq ta’ Joseph Kony quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (B6-0536/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 20)
Rapport Rapport dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2009-2013) [COM(2007)0395 - C6-0228/2007 - 2007/0145(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Marielle De Sarnez (A6-0294/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 21)
8.22. Ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (Riformulazzjoni) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (riformulazzjoni) [COM(2007)0737 - C6-0442/2007 - 2007/0257(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: József Szájer (A6-0300/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 22)
8.23. L-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Riformulazzjoni) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Riformulazzjoni) [COM(2007)0736 - C6-0439/2007 - 2007/0259(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: József Szájer (A6-0297/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 23)
8.24. Prospetti statistiċi rigward trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (riformulazzjoni) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Riformulazzjoni) [COM(2007)0859 - C6-0001/2008 - 2007/0288(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: József Szájer (A6-0288/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 24)
8.25. L-istatistika Komunitarja li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 dwar l-istatistika Komunitarja rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri [COM(2008)0058 - C6-0059/2008 - 2008/0026(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Eoin Ryan (A6-0348/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 25)
8.26. Il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali [COM(2006)0399 - C6-0305/2006 - 2006/0135(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Evelyne Gebhardt (A6-0361/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 26)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Tkellmu:Panayiotis Demetriou f'isem il-Grupp PPE-DE, bl-appoġġ ta' Evelyne Gebhardt (rapporteur), biex jippreżenta emenda orali għall-emenda 38, u Carlo Casini biex jenfasizza li l-emenda orali kienet kompatibbli mal-emendi 32 sa 37; din l-emenda orali għaddiet.
Tkellem Bruno Gollnisch, biex jitlob li t-test jerġa' jintbagħat lill-Kumitat; il-Parlament ċaħad din it-talba.
Tkellmu: Evelyne Gebhardt u Panayiotis Demetriou f'isem il-Grupp PPE-DE biex ifakkru li l-emendi 32 sa 37 waqgħu minħabba l-approvazzjoni tal-emenda 38, kif emendata oralment u Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp UEN, dwar dawn l-emendi.
8.27. L-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi [COM(2008)0444 - C6-0298/2008 - 2008/0138(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Pedro Guerreiro (A6-0388/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 27)