10. Corrigendum ta' test appruvat (Artikolu 204a tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat responsabbli kkoreġa l-iżbalji li ġejjin f'test appruvat mill-Parlament Ewropew:
Corrigendem għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz ta' passaġġi tal-ilma interni (verżjoni kodifikata) P6_TA(2007)0397 - COM(2006)0722 - C6-0433/2006 - 2006/0241 (CNS) - JURI
Skont l-Artikolu 204a(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendumjitqies appruvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.