Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu

PRESIDENT: Diana WALLIS
Viċi-President

13. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
CRE

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0475/2008).

L-ewwel parti

Mistoqsija 40 (Armando França):

Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Armando França.

Mistoqsija 41 (Péter Olajos): Importazzjoni ta' prodotti abbażi ta' laħam tat-tjur li jiġu miċ-Ċina.
Siim Kallas wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Péter Olajos, Jim Allister u Armando França.

Mistoqsija 42 (Ona Juknevičienė):
Siim Kallas wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Ona Juknevičienė, Zita Pleštinská u Gay Mitchell.

It-tieni parti

Mistoqsija 43 (Dimitrios Papadimoulis): Proġetti b'kofinanzjament ta' approprjazzjonijiet komunitarji u “fondi suwed” ta' Siemens.
Siim Kallas wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis.

Il-mistoqsija 44 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.

Mistoqsija 45 (Nirj Deva): Affarijiet amministrattivi u t-Trattat ta' Liżbona.
Siim Kallas wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Nirj Deva u Reinhard Rack.

Mistoqsija 46 (Ryszard Czarnecki): Abbuż ta' poter u korruzzjoni fost funzjonarji li jaħdmu fi strutturi tal-Unjoni Ewropea.
Siim Kallas wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Ryszard Czarnecki u Reinhard Rack.

Mistoqsija 47 (Eoin Ryan): Studju dwar l-impatt fuq il-Bażi Fiskali Korporattiva Komuni u Konsolidata (ACCIS).
Mistoqsija 48 (Marian Harkin): Bażi Fiskali Korporattiva Komuni u Konsolidatata.
László Kovács (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Eoin Ryan u Marian Harkin.


Mistoqsija 49 (Georgios Papastamkos): Koperazzjoni doganali bejn l-UE u ċ-Ċina.
László Kovács wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Georgios Papastamkos u Avril Doyle.

Mistoqsija 50 (Seán Ó Neachtain): Finanzjament ta' miżuri ta' sigurtà implimentati fl-ajruporti reġjunali Ewropej.
Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Seán Ó Neachtain, Manolis Mavrommatis, Paul Rübig u Jim Higgins.

Mistoqsija 51 (Stavros Arnaoutakis): Kwalità tat-trasporti u reġjuni mikro-insulari tal-Unjoni Ewropea.
Antonio Tajani wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Costas Botopoulos (sostitut ta' l-awtur) u Avril Doyle.

Mistoqsija 52 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Miżuri leġiżlattivi Ewropej għas-sigurtà tat-trasporti marittimi.
Antonio Tajani wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manolis Mavrommatis (sostitut ta' l-awtur) u Colm Burke.

Mistoqsija 53 (Emmanouil Angelakas): Titjib tal-kwalità tat-trasport urban.
Antonio Tajani wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Emmanouil Angelakas, Mairead McGuinness u Paul Rübig.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza