L-awtoritajiet kompetenti Taljani l-ewwel ħabbru l-elezzjoni ta' Romano Maria La Russa f'pużizzjoni inkompatibbli ma' dik ta' Membru Parlamentari Ewropew skont l-artikolu 7 (3) tal-Att dwar l-Elezzjoniji tal-Membri Parlamentari fil-Parlament Ewropew b'Suffraġju Universali Dirett u t-tieni, il-ħatra ta' Antonio Mussa bħala Membru Ewropew minflok Romano Maria La Russa.
Il-Parlament ħa nota b'effet mill-4.11.2008.
L-awtoritajiet kompetenti Maltin ħabbru l-ħatra ta' Glenn Bedingfield bħala Membru Parlamentari Ewropew minflok Joseph Muscat, b'effett mid-29.10.2008.
L-awtoritajiet kompetenti Sloveni ħabbru l-ħatra ta' Aurelio Juri bħala Membru Parlamentari Ewropew minflok Borut Pahor, b'effett mis-7.11.2008.
Il-President feraħ lil Borut Pahor għall-fatt li ġie elett bħala Prim Ministru tar-Repubblika tas-Slovenja.
B'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm is-setgħat tagħhom jiġu verifikati jew sakemm ma jkunx hemm kontestazzjoni, Antonio Mussa, Glenn Bedingfield u Aurelio Juri jieħdu posthom fil-Parlament u fl-organi tiegħu bis-setgħat kollha tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu ddikjaraw bil-quddiem li ma jaqdu ebda funzjoni inkompatibbli ma' dik ta' Membru fil-Parlament Ewropew.