8. Rettifiki (Artikolu 204a tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat kompetenti ressaq l-emendi li ġejjin għat-testi adottati mill-Parlament Ewropew:
- Emenda għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew meħuda fl-ewwel qari tal-25 ta' Settembru 2007 bil-għan tal-adozzjoni tad-direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti (Verżjoni kkodifikata) P6_TA(2007)0394 - (COM(2006)0265 – C6-0419/2006 – 2003/0058(COD)) - JURI
- Emenda għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew meħuda fl-ewwel qari tal-25 ta' Settembru 2007 bil-għan tal-adozzjoni tad-direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stands ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti (Verżjoni kkodifikata) P6_TA(2007)0395 - (COM(2006)0262 – C6-0418/2006 – 2003/0059(COD)) - JURI
- Emenda għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew meħuda fl-ewwel qari tad-19 ta' Ġunju 2007 bil-għan tal-adozzjoni tad-direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni ta' kontrolli, tell-tales u indikaturi għal karozzi b'żewġ jew bi tliet roti (Verżjoni kkodifikata) P6_TA(2007)0240 - (COM(2006)0556 – C6-0323/2006 – 2006/0175(COD)) - JURI
Bi qbil mal-Artikolu 204a(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifikijitqiesu appruvati sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.
Ir-rettifikihuma disponibbli fuq is-sit Séance en direct.