Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 17 ta' Novembru 2008 - Strasburgu

15. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- protokoll għal ftehima ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Repubblika tal-Kroazja min-naħa l-oħra, bil-għan li titqies is-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Slovena u tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea,

- protokoll għal ftehima Ewro-Mediterranja li tistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra, biex titqies is-sħubija tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.

Avviż legali - Politika tal-privatezza