Rapport dwar it-talba għar-revoka ta' l-immunità tas-Sur Frank Vanhecke [2008/2092(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A6-0421/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
Qabel il-votazzjoni, Bruno Gollnisch talab biex ir-rapport jintbagħat lura lill-kumitat.
Il-President iddikjara li din it-talba kellha l-appoġġ ta' mill-inqas 40 Membru, u li għalhekk setgħet tintlaqa' skont l-Artikolu168(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament irrifjuta din it-talba. Għalhekk ir-rapport ipproċeda bil-votazzjoni.