Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0484/2008).
Mistoqsija 1 (Bernd Posselt): Il-Kristjani tat-Turkija – il-Monasteru Mor Gabriel
Jean-Pierre Jouyet (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt, Reinhard Rack u Jim Allister.
Mistoqsija 2 (Manuel Medina Ortega): Pressjonijiet ġodda ta' migrazzjoni fuq l-Ewropa.
Jean-Pierre Jouyet wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega u Bernd Posselt.
Mistoqsija 3 (Luis Yañez-Barnuevo García): Ftuħ tad-djalogu ma' Kuba
Jean-Pierre Jouyet irrisponda għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet kumplimentari ta' Antonio Masip Hidalgo (flok l-awtur), Zita Pleštinská u Bogusław Sonik.
Mistoqsija 5 (Mairead McGuinness): Ir-risposti tal-Istati Membri għall-kriżi finanzjarja internazzjonali.
Mistoqsija 6 (Gay Mitchell): Ir-risposta tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi finanzjarja internazzjonali.
Mistoqsija 7 (Dimitrios Papadimoulis): Il-Kriżi finanzjarja u l-Patt tal-Istabilità.
Mistoqsija 8 (Laima Liucija Andrikienė): Is-sitwazzjoni u l-perspettivi fl-Ewropa tal-Lvant fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja.
Jean-Pierre Jouyet irrisponda għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet kumplimentari ta' Peter Skinner (minflok Robert Evans), Mairead McGuinness, Gay Mitchell, Dimitrios Papadimoulis, Laima Liucija Andrikienė, Josu Ortuondo Larrea u Avril Doyle.
Il-mistoqsija 9 ma ssejħitx, għaliex is-suġġett tagħha kien diġà ttrattat f'mistoqsija lill-Kunsill matul is-sessjoni parzjali ta' Ottubru II (punt 14 tal- Minuti ta' 21.10.2008).
Mistoqsija 10 (Hélène Goudin): Ir-responsabilità politika tal-abbużi mwettqa waqt operazzjonijiet militari tal-UE.
Mistoqsija 11 (Hanne Dahl): Ir-responsabilità politika tal-abbużi vjolenti mwettqa fil-qafas ta' operazzjonijiet militari Ewropej.
Jean-Pierre Jouyet wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Hélène Goudin, Hanne Dahl, Paul Rübig u Mairead McGuinness.
Mistoqsija 12 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Koordinazzjoni tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali.
Jean-Pierre Jouyet wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Paul Rübig u Avril Doyle.
Il-mistoqsijiet 13 sa 15 u 17 sa 32 se jirċievu risposti bil-miktub (ara l-anness tar-Rapport Verbatim).
Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.