Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar id-WTO”) [COM(2008)0489 - C6-0314/2008 - 2008/0156(CNS)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Neil Parish (A6-0368/2008)
Neil Parish ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Christa Klaß f'isem il-Grupp PPE-DE, Rosa Miguélez Ramos f'isem il-Grupp PSE, Vladimír Železný f'isem il-Grupp IND/DEM, u Esther Herranz García.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Astrid Lulling, Mairead McGuinness, Czesław Adam Siekierski, Christa Klaß u James Nicholson.