Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 20 ta' Novembru 2008 - Strasburgu

PRESIDENT: Diana WALLIS
Viċi-President

6. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


6.1. Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.2. L-abbozz ta' baġit li jemenda Nru 8/2008: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena 2008 (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.3. Rapport speċjali mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fl-ilment 1487/2005/GG (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.4. Il-futur tas-sistemi ta' sigurtà soċjali u tal-pensjonijiet, il-finanzjament tagħhom u x-xejra lejn l-individwalizzazzjoni (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.5. Il-kundizzjonijiet ta' dħul u ta' residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għoljin * (votazzjoni)

6.6. Proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess ta' residenza u ta' xogħol * (votazzjoni)

6.7. Emenda tar-Regolament Waħdieni dwar id-WTO * (votazzjoni)

6.8. Appoġġ finanzjarju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri * (votazzjoni)

6.9. L-Unjoni Ewropea u data PNR (votazzjoni)

6.10. Appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri (votazzjoni)

6.11. Risposta tal-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni ħażina fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (votazzjoni)

6.12. Politika spazjali Ewropea: l-Ewropa u l-ispazju (votazzjoni)

6.13. Il-bżonn tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar l-armi ta' tip "cluster" qabel l-aħħar tal-2008 (votazzjoni)

6.14. HIV/AIDS: Screening u kura preventiva (votazzjoni)

6.15. Is-sitwazzjoni tat-trobbija tan-naħal (votazzjoni)

6.16. Eżami mill-ġdid tar-rakkomondazzjoni 2001/331/KE li tipprovdi kriterji mininimi għall-ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (votazzjoni)
Avviż legali - Politika tal-privatezza